02:29
ros-ann
362
Mt 28:1-10 -- He has risen from the dead and now he is going before you into Galilee - Qam mill-Imwiet, u sejjer il-Galilija qabilkom. - IN YEAR A - The Gospel on the Solemnity of Holy Saturday evening …Aktar
Mt 28:1-10 -- He has risen from the dead and now he is going before you into Galilee - Qam mill-Imwiet, u sejjer il-Galilija qabilkom.

- IN YEAR A - The Gospel on the Solemnity of Holy Saturday evening Easter Vigil
- SENA A - L-EVANĠELJU TAL-VELJA FIS-SOLENNITÀ TAL-LEJL QADDIS TAL-GĦID ---------------------------------------------------------------------------
- Alternative Gospel on THE SOLEMINITY OF EASTER SUNDAY MORNING
- Jista' jinqara fil-Quddiesa tal-Ħadd filgħodu tal-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet.

Evanġelju
Qam mill-Imwiet, u sejjer il-Galilija qabilkom.
Mt 28, 1-10

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

[Mt:28:1] Meta għadda s-Sibt, maż-żerniq ta' l-ewwel jum tal-ġimgħa, Marija ta' Magdala u Marija l-oħra marru jaraw il-qabar. [Mt:28:2] U ara, nħasset theżhiża kbira għax niżel anġlu tal-Mulej mis-sema, u resaq igerbeb il-ġebla u qagħad bilqiegħda fuqha. [Mt:28:3] Id-dehra tiegħu kienet bħal berqa; lbiesu abjad bħas-silġ. [Mt:28:4] Bil-biża' tiegħu l-għassiesa qabdithom rogħda u saru qishom mejtin.

[Mt:28:5] Iżda l-anġlu qabad u qal lin-nisa: "Tibżgħu xejn intom għax jiena naf li qegħdin tfittxu lil Ġesù li kien imsallab. [Mt:28:6] M'huwiex hawn, għaliex qam, kif kien qal. Ejjew araw il-post fejn kien qiegħed. [Mt:28:7] U morru malajr għidu lid-dixxipli tiegħu li hu qam mill-imwiet. U araw, huwa sejjer il-Galilija qabilkom: tarawh hemmhekk. Araw, għedtulkom." [Mt:28:8] Dawk telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża' u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu. [Mt:28:9] U ara, ltaqa' magħhom Ġesù u qalilhom: "Is-sliem għalikom." Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. [Mt:28:10] Mbagħad Ġesù qalilhom: "Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.