02:05
ros-ann
772
Jn 20:1-2,11-18 -- 'Mary, go and find the brothers and tell them - Mara, għaliex qiegħda tibki? Lil min qiegħda fittex? JULY 22 - Saint Mary Magdalen - Feast --- Santa Marija Maddalena - Festa Evanġelju …Aktar
Jn 20:1-2,11-18 -- 'Mary, go and find the brothers and tell them - Mara, għaliex qiegħda tibki? Lil min qiegħda fittex?

JULY 22 - Saint Mary Magdalen - Feast --- Santa Marija Maddalena - Festa
Evanġelju
Mara, għaliex qiegħda tibki? Lil min qiegħda fittex?
Ġw 20:1-2, 11-18

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

[Ġw:20:1] Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, fil-għodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marjam minn Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. [Ġw:20:2] Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: "Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!"

[Ġw:20:11] Marjam baqgħet 'il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, [Ġw:20:12] u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta' Ġesù. [Ġw:20:13] Huma qalulha: "Mara, għalfejn qiegħda tibki?" Hi wieġbet: "Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh." [Ġw:20:14] Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù. [Ġw:20:15] Ġesù qalilha: "Mara, għalfejn qiegħda tibki? Lil min qiegħda tfittex?" Hi ħasbet li kien il-ġardinar, u qaltlu: "Sinjur, jekk ħadtu int minn hawn, għidli fejn qegħedtu, u jiena nġibu lura." [Ġw:20:16] Ġesù sejjħilha: "Marjam!" Hi daret u qaltlu bil-Lhudi: 'Rabbuni!' jiġifieri Mgħallem. [Ġw:20:17] Ġesù qalilha: "La tmissnix, għax għadni ma tlajtx għand il-Missier; imma mur għand ħuti u għidilhom li se nitla' għand Missieri u Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom." [Ġw:20:18] Marjam minn Magdala marret għand id-dixxipli tagħtihom l-aħbar: “Rajt il-Mulej u tani dil-bxara.”

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.

.