01:17
ros-ann
418
Mt 22:15-21 -- Paying the Imperial Tax to Caesar - Ġesù mistoqsi dwar il-ħlas tat-taxxi. YEAR A. SUNDAY GOSPEL OF WEEK 29 IN ORDINARY TIME Ġesù mistoqsi dwar il-ħlas tat-taxxi (Mk 12, 13-17 ; Lq 20,…Aktar
Mt 22:15-21 -- Paying the Imperial Tax to Caesar - Ġesù mistoqsi dwar il-ħlas tat-taxxi.

YEAR A. SUNDAY GOSPEL OF WEEK 29 IN ORDINARY TIME
Ġesù mistoqsi dwar il-ħlas tat-taxxi
(Mk 12, 13-17 ; Lq 20, 20-26)
[Mt:22:15] Mbagħad il-Fariżej marru u bdew jiftiehmu bejniethom biex jaraw kif jonsbuh b'xi kelma. [Mt:22:16] U bagħtulu d-dixxipli tagħhom ma' xi Erodjani u qalulu: "Mgħallem, aħna nafu li int raġel tħobb is-sewwa, u li t-triq ta' Alla tgħallimha kif tassew hi, bla ma tħabbel rasek minn ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares. [Mt:22:17] Għidilna ħaġa, mela: 'Int x'jidhirlek? Sewwa jew le li wieħed iħallas it-taxxa lil Ċesari?" [Mt:22:18] Imma Ġesù għaraf il-ħażen ta' moħħhom, u qalilhom: "Għaliex tridu ġġarrbuni, ja wċuħ b'oħra? [Mt:22:19] Uruni l-munita tat-taxxa." Wrewh dinar, [Mt:22:20] u Ġesù staqsiehom: "Ta' min huma dan il-wiċċ u din il-kitba?" [Mt:22:21] Qalulu: "Ta' Ċesari!" Mbagħad qalilhom: "Mela agħtu lil Ċesari dak li hu ta' Ċesari, u lil Alla dak li hu ta' Alla."