01:15
ros-ann
713
Lk 13:10-17 -- Jesus Heals a Crippled Woman on the Sabbath - Il-mara mifluġa mfejjqa f'jum is-Sibt. MONDAY GOSPEL OF WEEK 30 IN ORDINARY TIME --- --- Was it not right to untie this woman's bonds on …Aktar
Lk 13:10-17 -- Jesus Heals a Crippled Woman on the Sabbath - Il-mara mifluġa mfejjqa f'jum is-Sibt.

MONDAY GOSPEL OF WEEK 30 IN ORDINARY TIME ---
--- Was it not right to untie this woman's bonds on the sabbath day? ---
Evanġelju
Mela għax illum is-Sibt, din il-mara, bint Abraham, ma kellhiex tinħall mill-irbit?
Lq 13, 10-17

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

[Lq:13:10] Darba s-Sibt, Ġesù kien qiegħed jgħallem f'waħda mis-sinagogi. [Lq:13:11] U kien hemm mara li kienet ilha tmintax-il sena bi spirtu li kien imarradha; kienet milwija ħafna, u ma kinitx tista' tieqaf dritta għalkollox.

[Lq:13:12] Kif raha Ġesù sejjħilha u qalilha: "Mara, inti meħlusa mill-mard tiegħek." [Lq:13:13] U qegħdilha idejh fuqha, u minnufih waqfet dritta u bdiet tfaħħar lil Alla. [Lq:13:14] Qabeż il-kap tas-sinagoga, b'saħna fuqu għax Ġesù fejjaq f'jum is-Sibt, u qal lin-nies: "Hemm sitt ijiem li fihom wieħed għandu jaħdem; mela fihom ejjew biex titfejjqu, u mhux is-Sibt !"

[Lq:13:15] "Uċuħ b'oħra !" wieġbu l-Mulej, "Mhux kull wieħed minnkom f'jum is-Sibt iħoll il-barri jew il-ħmar tiegħu mill-maxtura u jieħdu biex jisqih? [Lq:13:16] U mela għax illum is-Sibt, din il-mara, bint Abraham, ma kellhiex tinħall mill-irbit li fih ix-Xitan ilu jżommha għal tmintax-il sena sħaħ?"

[Lq:13:17] Kif qal hekk, kull min kien kontra tiegħu regħex bil-mistħija; iżda n-nies ilkoll ferħu għal dawk l-għeġubijiet kollha li kien qiegħed jagħmel.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.