00:59
ros-ann
426
Mt 5:43-48 -- Pray for those who persecute you - Ħobbu lill-għedewwa tagħkom. - SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 1 OF LENT --- - TUESDAY GOSPEL OF WEEK 11 IN ORDINARY TIME --- Evanġelju Ħobbu lill-…Aktar
Mt 5:43-48 -- Pray for those who persecute you - Ħobbu lill-għedewwa tagħkom.

- SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 1 OF LENT ---
- TUESDAY GOSPEL OF WEEK 11 IN ORDINARY TIME ---

Evanġelju
Ħobbu lill-għedewwa tagħkom
Mt 5, 43-48

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Mt:5:43] "Smajtu x'intqal, 'Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek. '[Mt:5:44] Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, [Mt:5:45] biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla' x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min m'huwiex.

[Mt:5:46] Għax jekk intom tħobbu lil min iħobbkom, xi ħlas jistħoqqilkom? M'hux il-pubblikani wkoll jagħmluh dan? [Mt:5:47] U jekk issellmu lil ħutkom biss, xi tkunu tagħmlu żejjed? M'hux il-pagani wkoll jagħmluh dan?

[Mt:5:48] Kunu mela perfetti, bħalma hu perfett Missierkom li hu fis-smewwiet."

Il-Kelma tal-Mulej
Rl . Tifħir lilek Kristu