03:25
ros-ann
672
Il-Kurunella lil Madonna tad-Duluri - Chaplet to Our Lady of Sorrows (in Maltese) Il-Kurunella lil Madonna tad-Duluri Qalb imnikkta ta’ Marija F’riġlejk aħna mixħutin Qalbna niedma u sogħbiena Għaliex …Aktar
Il-Kurunella lil Madonna tad-Duluri - Chaplet to Our Lady of Sorrows (in Maltese)

Il-Kurunella lil Madonna tad-Duluri

Qalb imnikkta ta’ Marija
F’riġlejk aħna mixħutin
Qalbna niedma u sogħbiena
Għaliex aħna midinbin

Ave.

Omm tal-ħniena kemm duluri
Int ġarrabt m’Ibnek Ġesὺ
Minn twelidu sal-mewt tiegħu,
Għaliex b’Ommu riedek Hu !

Ave.

Omm sabiħa, kollok safja
Int għoġobt ‘l Alla ħanin
Minn ħtijietna nitolbuk
Eħles lilna mnikktin

Ave.

Bi dnubietna aħna regħexna
Lil Ġesù Teżor ta’ Qalbek;
Fis ħbieb miegħu int erġa’ agħmilna
Dana tista’ tagħmlu b’talbek.

Ave.

Biex jifdina minn dnubietna
Ġesù miet fl-akbar ħruxija,
U għax miegħu int ridt tissieħeb
Bid-Dulur qalbek mimlija.

Ave.

Tad-dnub tagħna aqlgħalna ndiema
Minn kull ħażen int eħlisna,
Għax irridu tul ħajjitna
li d-Demm t’ibnek iqaddisna.

Ave.

Bit-tgħakkis u bl-opri tajba
Nipproponu li nfarrġuk
id-dmugħ tiegħek nixxuttawlek
Biex għal dejjem ġieħ nagħtuk

Ave.
--------------------------------

NITOLBU

O Alla, li fil-Passjoni tiegħek, kif kien ħabbar Xmun

il-Profeta, is-sejf tad-Duluri nifed il-Qalb l-iżjed

ħelwa tal-glorjuża Verġni Marija Ommok; agħmel

nitolbuk, li aħna, li qegħdin inqimu n-niket tagħha,

ikollna sehem mill-frott hieni tal-Passjoni tiegħek.

Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Patri Feliċ Sammut OFMConv.