00:35
ros-ann
439
Mt 22:34-40 -- The Greatest Commandment - Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek u ħobb lil għajrek bħalek innifsek. - FRIDAY GOSPEL OF WEEK 20 IN ORDINARY TIME -- - IN YEAR A, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 30 IN …Aktar
Mt 22:34-40 -- The Greatest Commandment - Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.

- FRIDAY GOSPEL OF WEEK 20 IN ORDINARY TIME --
- IN YEAR A, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 30 IN ORDINARY TIME ---

Evanġelju
Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek u ħobb lil għajrek bħalek innifsek.
Mt 22, 34-40

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, [Mt:22:34] Il-Fariżej, meta semgħu kif lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, nġabru madwaru, [Mt:22:35] u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: [Mt:22:36] "Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?"

[Mt:22:37] Qallu Ġesù: "Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b'qalbek kollha, b'ruħek kollha, u b'moħħok kollu.' [Mt:22:38] Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed. [Mt:22:39] U it-tieni jixbhu: 'Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.' [Mt:22:40] Dawn iż-żewġ kmandamenti huma l-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.
.