01:10
ros-ann
464
Mt 13:47-53 -- The Parable of the Net - Jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin. --- The fishermen collect the good fish and throw away those that are no use --- THURSDAY GOSPEL OF WEEK …Aktar
Mt 13:47-53 -- The Parable of the Net - Jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin.

--- The fishermen collect the good fish and throw away those that are no use ---
THURSDAY GOSPEL OF WEEK 17 IN ORDINARY TIME ---

Evanġelju
Jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin.
Mt 13, 47-53

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Mt:13:47] "Tixbah ukoll is-Saltna tas-Smewwiet lil xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox. [Mt:13:48] Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin. [Mt:13:49] Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti, [Mt:13:50] u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar; hemmhekk ikun hemm il-biki u t-tgħażżiż tas-snien. [Mt:13:51] "Kollu fhimtuh dan?" "Iva" qalulu.

[Mt:13:52] U hu qalilhom: "Għalhekk kull kittieb li jkun sar dixxiplu tas-Saltna tas-Smewwiet jixbah lil wieħed sid li, mill-ħażna tiegħu, joħroġ sew il-ġdid u sew il-qadim."

[Mt:13:53] Meta mbagħad Ġesù temm dawn il-parabboli, telaq minn hemm

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.