01:23
ros-ann
746
Mt 23:27-32 -- ...woe to you.... - Intom ulied il-qattiela tal-profeti. WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 21 IN ORDINARY TIME Evanġelju Intom ulied il-qattiela tal-profeti. Mt 23, 27-32 Qari mill-Evanġelju …Aktar
Mt 23:27-32 -- ...woe to you.... - Intom ulied il-qattiela tal-profeti.

WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 21 IN ORDINARY TIME

Evanġelju
Intom ulied il-qattiela tal-profeti.
Mt 23, 27-32

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, Ġesù waqt li kien qed jitkellem qal: "[Mt:23:27] Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b'oħra! Qiskom oqbra mbajjda: minn barra jidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta' ħmieġ! [Mt:23:28] Hekk intom; minn barra tidhru tassew ġusti quddiem il-bnedmin, waqt li minn ġewwa kollkom ipokrisija u ħażen!

[Mt:23:29] Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b'oħra! Intom tibnu l-oqbra lill-profeti, iżżejjnu l-monumenti tal-ġusti, [Mt:23:30] u tgħidu, 'Kieku konna fi żmien missirijietna ma konniex nissieħbu magħhom u nxerrdu demm il-profeti,' [Mt:23:31] u b'hekk weħidkom tagħtu xhieda li intom ulied il-qattiela tal-profeti! [Mt:23:32] Mela issa komplu sa l-aħħar dak li bdew missirijietkom!

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.