00:29
ros-ann
494
Lk 21:34-36 -- Exhortation to Watch -- Ishru, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kulma għandu jiġri. SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 34 IN ORDINARY TIME --- Evanġelju Ishru, biex tkunu tifilħu tgħaddu …Aktar
Lk 21:34-36 -- Exhortation to Watch -- Ishru, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kulma għandu jiġri.

SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 34 IN ORDINARY TIME ---

Evanġelju
Ishru, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kulma għandu jiġri.
Lq 21, 34-36

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, [Lq:21:34] Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: "Oqogħdu attenti, u qisu li l-ikel u x-xorb żejjed u s-sokor ma jmewwtulkomx qalbkom, u tħallux li l-ħafna tħassib għall-ħtiġiet tal-ħajja jeħdilkom raskom, li ma ssibuhx dak il-Jum fuqkom għal għarrieda. [Lq:21:35] Għax hu Jum li għad jaqa' bħal nassa fuq kull min jgħammar fuq wiċċ l-art kollha. [Lq:21:36] Ishru, mela, u itolbu l-ħin kollu, biex tkunu tifilħu tgħaddu minn kull ma għandu jiġri u tieqfu quddiem Bin il-bniedem."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.