01:20
ros-ann
418
Mk 9:2-10 -- "This is my Son, the Beloved --- Dan hu Ibni l-għażiż." - IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 2 OF LENT - AUGUST 6 - IN YEAR B - FEAST OF THE TRANSFIGURATION OF THE LORD --- This is my Son …Aktar
Mk 9:2-10 -- "This is my Son, the Beloved --- Dan hu Ibni l-għażiż."

- IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 2 OF LENT
- AUGUST 6 - IN YEAR B - FEAST OF THE TRANSFIGURATION OF THE LORD
--- This is my Son, the Beloved ---

Evanġelju
Dan hu Ibni l-għażiż.
Mk 9, 2-10

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien, [Mk:9:2] Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. [Mk:9:3] Lbiesu sar abjad u jgħammex b'dija ta' l-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista' jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. [Mk:9:4] U dehrilhom Elija ma' Mosè, jitkellmu ma' Ġesù.

[Mk:9:5] Qabad Pietru u qal lil Ġesù: "Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija." [Mk:9:6] Dan qalu għax ma kienx jaf x'jaqbad jgħid bil-biża' kbir li waqa' fuqhom.

[Mk:9:7] Mbagħad ġiet sħaba u għattiethom, u minn ġos-sħaba nstama' leħen jgħid: "Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu." [Mk:9:8] Minnufih taw ħarsa madwarhom, u ma raw lil ħadd iżjed magħhom ħlief lil Ġesù waħdu.

[Mk:9:9] Huma u neżlin minn fuq il-muntanja, tahom ordni biex ma jitkellmu ma' ħadd fuq li kienu raw qabel ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet. [Mk:9:10] Huma żammew kollox moħbi, iżda bdew jistaqsu lil xulxin x'kien ifisser 'tqum mill-imwiet'.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu


.