TV Fatima
86

L-EWWEL SIBTIJIET TAX-XAHAR

L-EWWEL SIBTIJIET TAX-XAHAR

Meta Luċija kienet postulanta mas-Sorijiet ta’ Santa Dorotea fil-kunvent ta’ Pontevedra fi Spanja, dehritilha il-Madonna fl-10 ta’ Diċembru 1925.

Il-Verġni Imqaddsa dehret lil Luċija, u maġenbha, merfugħ fuq sħaba mdawwla, kien hemm tfajjel. Il-Verġni Imqaddsa serrħet idha fuq spallet Luċija, filwaqt li wrietha qalb imdawwra bix-xewk, li kienet iżżomm f’idha l-oħra. Fl-istess waqt, it-Tfajjel qal:

Aqsam it-tbatija mal-Qalb ta’ l-Omm imqaddsa tiegħek, miksija bix-xewk, li bihom in-nies ingrati jinfduha kull waqt, u m’hemm ħadd li jagħmel xi att ta’ tpattija biex ineħħihom.”

Imbagħad il-Verġni imqaddsa qalet: “Ħares, binti, lejn Qalbi, imdawwra bix-xewk li bihom in-nies ingrati jinfduni kull waqt bid-dagħa u l-ingratitudni tagħhom. Int għallinqas ipprova farraġni u għid li jiena nwiegħed li ngħin, waqt is-siegħa tal-mewt, bil-grazzji meħtieġa għas-salvazzjoni, lil dawk kollha li, bil-fehma li jagħmlu tpattija għalija, fl-EWWEL SIBT ta’ ħames xhur wara xulxin,

1. IQERRU,

2. JITQARRBNU,

3. jgħidu ħames posti tar-RUŻARJU, u

4. joqgħodu miegħi għal ħmistax il-minuta filwaqt li JIMMEDITAW il-ħmistax il-MISTERU TAR-RUŻARJU.”

fatimamessage.blogspot.ro/…/l-ewwel-sibtiji…
.............................................................


www.sekretariatfatimski.pl

Facebook:
www.facebook.com/WielkaNowennaFatimska

TV youtube:
www.youtube.com/channel/UCLAjHF1P999_av…

TV Gloria:
@TV Fatima

e-mail: fatima@smbf.pl