01:11
ros-ann
100
Lk 6:39-45 -- Can the blind lead the blind? - Mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm. IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 8 IN ORDINARY TIME Evanġelju Mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm. Lq …Aktar
Lk 6:39-45 -- Can the blind lead the blind? - Mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm.

IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 8 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm.
Lq 6, 39-45

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli din il-parabbola: Lq:6:39] "Jista' agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Lq:6:40] Id-dixxiplu m'huwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu. [Lq:6:41] Għax tara t-tibna f'għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f'għajnek int? [Lq:6:42] Kif tista' tgħidlu lil ħuk, 'Ħi, ejja nneħħilek it-tibna li għandek f'għajnek', meta m'intix tara t-travu li għandek f'għajnek int? Ja wiċċ b'ieħor, neħħi l-ewwel it-travu minn għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa kif tneħħi t-tibna minn għajn ħuk.

[Lq:6:43] "Ma hemmx siġra tajba li tagħmel frott ħażin, kif anqas ma hemm siġra ħażina li tagħmel frott tajjeb. [Lq:6:44] Kull siġra mill-frott tagħha tingħaraf. Ħadd ma jiġbor it-tin mix-xewk, anqas l-għeneb mill-ħolliq. [Lq:6:45] Il-bniedem tajjeb mit-teżor tajjeb ta' qalbu joħroġ it-tajjeb, u l-bniedem ħażin mit-teżor ħażin tiegħu joħroġ il-ħażin, għax mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.