01:43
ros-ann
92
Mk 9:2-13 -- Jesus was transfigured in their presence - Tbiddel quddiemhom. SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME EVANĠELJU Tbiddel quddiemhom. Mk 9, 2-13 Qari mill-Evanġelju skont San Mark …Aktar
Mk 9:2-13 -- Jesus was transfigured in their presence - Tbiddel quddiemhom.

SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME
EVANĠELJU
Tbiddel quddiemhom.
Mk 9, 2-13

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien, [Mk:9:2] Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. [Mk:9:3] Lbiesu sar abjad u jgħammex b'dija ta' l-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista' jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. [Mk:9:4] U dehrilhom Elija ma' Mosè, jitkellmu ma' Ġesù. [Mk:9:5] Qabad Pietru u qal lil Ġesù: "Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija." [Mk:9:6] Dan qalu għax ma kienx jaf x'jaqbad jgħid bil-biża' kbir li waqa' fuqhom.

[Mk:9:7] Mbagħad ġiet sħaba u għattiethom, u minn ġos-sħaba nstama' leħen jgħid: "Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu." [Mk:9:8] Minnufih taw ħarsa madwarhom, u ma raw lil ħadd iżjed magħhom ħlief lil Ġesù waħdu.

[Mk:9:9] Huma u neżlin minn fuq il-muntanja, tahom ordni biex ma jitkellmu ma' ħadd fuq li kienu raw qabel ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet. [Mk:9:10] Huma żammew kollox moħbi, iżda bdew jistaqsu lil xulxin x'kien ifisser 'tqum mill-imwiet'.
[Mk:9:11] Staqsewh u qalulu: "Għaliex jgħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?" [Mk:9:12] "Tassew," weġibhom, "l-ewwel għandu jiġi Elija, u jerġa' jqiegħed kollox f'postu. Mela kif inhu miktub fuq Bin il-bniedem li għandu jbati ħafna u jkun imżeblaħ? [Mk:9:13] Imma ngħidilkom: Elija ġa ġie, u huma ġiebu rwieħhom miegħu kif għoġobhom, bħalma hemm miktub fuqu."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
,