Klikks556

Lk 6:12-19 -- The Twelve Apostles - Għadda l-lejl fit-talb u għażel tnax, li semmiehom appostli.

ros-ann
- TUESDAY GOSPEL OF WEEK 23 IN ORDINARY TIME - OCTOBER 28, Feast of Sts. Simon & Jude, Apostles - San Xmun u San Ġuda, Appostli. Festa Evanġelju Għadda l-lejl fit-talb u għażel tnax, li semmieho…Iżjed
- TUESDAY GOSPEL OF WEEK 23 IN ORDINARY TIME
- OCTOBER 28, Feast of Sts. Simon & Jude, Apostles - San Xmun u San Ġuda, Appostli. Festa


Evanġelju
Għadda l-lejl fit-talb u għażel tnax, li semmiehom appostli.
Lq 6, 12-19

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

[Lq:6:12] Mela darba fost l-oħrajn Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. [Lq:6:13] Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: [Lq:6:14] Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, [Lq:6:15] Mattew, Tumas, Ġakbu ta' Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ, [Lq:6:16] Ġuda ta' Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh.

[Lq:6:17] Mbagħad niżel magħhom u waqaf f'wita, flimkien ma' kotra kbira ta' dixxipli u folla kbira ta' nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta' Tir u Sidon. [Lq:6:18] Dawn kienu marru biex jisimgħuh u jfejjaqhom mill-mard tagħhom. Min kien imħabbat ill-ispirti mniġġsa kien ifiq; [Lq:6:19] u l-kotra kienet tfittex li tmissu, għax minnu kienet toħroġ qawwa li tfejjaq lil kulħadd.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.
.