03:24
lawgen123
44
Tinġiż ta' l-Ispirtu. Ir-Raba’ Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed …Aktar
Tinġiż ta' l-Ispirtu.

Ir-Raba’ Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Mulej, illum aħna pre-okkupati b’kull forma ta’ tniġġiż. Sinjal pożittiv ħafna. Apprezzament tal-ħolqien sabiħ tiegħek. Rispett għall-ħajja għas-saħħa għal għajxien ta’ kwalità. Imma hemm tniġġiż ieħor, Mulej, li ftit li xejn jinkwetana: it-tniġġiż ta’ l-ispirtu it-taħwid ta’ l-imħuħ il-ħabi tal-verità. Erġ’ejja Mulej, illum, semmagħna leħnek u tagħlimek: ma nwebbsux qalbna. Int għadek kapaċi tikkmanda lill-ispirti mniġġsa u huma joqogħdu għalik. Forsi jħabbtuna ħafna u jgħajtu għajjat kbir. Imma fl-aħħar mill-aħħar, għal kelmtek mogħtija b’setgħa joħorġu minna. Mulej, int tgawdi fama tajba ħafna magħna. Ejj’oħroġ minn fostna, Mulej, l-ispirti mniġġsa ta’ l-egoiżmu, tan-nuqqas ta’ fidi ta’ l-aljenazzjoni tal-qtiegħ il-qalb. Mulej, aħna napprezzaw it-tagħlim il-progress l-istudju. Imm’int biss tista’ tgħallem b’setgħa, int biss tista’ tfejjaq l-ispirtu tagħna int biss tista’ ssaffi mill-ġdid l-ambjent. Kull filosofija nieqsa mill-viżjoni tiegħek kmieni jew tard tfalli; kelmtek biss tferrah il-qalb iddawwal l-għajnejn u l-imħuħ.