01:29
ros-ann
531
Lk 1:26-38 -- 'I am the handmaid of the Lord' - "Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej.' - FEBRUARY 11 - OUR LADY OF LOURDES & WORLD DAY OF THE SICK - MARCH 25 - THE SOLEMNITY OF THE ANNUNCIATION AND …Aktar
Lk 1:26-38 -- 'I am the handmaid of the Lord' - "Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej.'

- FEBRUARY 11 - OUR LADY OF LOURDES & WORLD DAY OF THE SICK
- MARCH 25 - THE SOLEMNITY OF THE ANNUNCIATION AND INCARNATION OF THE LORD (Solemnity is transferred to a later date if during Lent or Easter)
- AUGUST 22 - The Queenship of the Blessed Virgin Mary (Memorial)
- OCTOBER 7 - OUR LADY OF THE ROSARY
- DECEMBER 8 - SOLEMNITY OF THE IMMACULATE CONCEPTION - Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek

- DECEMBEER 20 - ADVENT
- IN YEAR B - THE GOSPEL ON 4th SUNDAY OF ADVENT


Evanġelju Lq 1, 26-38

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien: [Lq:1:26] L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, [Lq:1:27] għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija [Lq:1:28] Daħal għandha u qalilha: "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek." [Lq:1:29] Għal dan il-kliem tħawdet, u bdiet titħasseb bejnha u bejn ruħha x'setgħet qatt tfisser dik it-tislima. [Lq:1:30] Iżda l-anġlu qalilha: "Tibżax, Marija, għax [Lq:1:31] inti sa tnissel fi ħdanek u jkollok iben u ssemmih Ġesù. [Lq:1:32] Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin il-Għoli, u l-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru; [Lq:1:33] u jsaltan fuq dar Ġakobb għal dejjem, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem”.

[Lq:1:34] Iżda, Marija qalet lill-anġlu: “Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?” [Lq:1:35] Weġibha l-anġlu u qalilha: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek; u għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis u jkun jissejjaħ Bin Alla. [Lq:1:36] U ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, hija wkoll nisslet iben fi ħdanha, u dan huwa s-sitt xahar għaliha li kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal; [Lq:1:37] għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir”.

[Lq:1:38] Imbagħad qalet Marija: “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skont kelmtek!” U l-anġlu telaq minn ħdejha.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.