lawgen123
172
03:01
Li nemmen fik. It-Trinitá Qaddisa. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-…Aktar
Li nemmen fik.
It-Trinitá Qaddisa. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Iva, Mulej għamilt biżżejjed fil-Vanġelu fl-Istorja tal-Knisja f’ħajti biex nafdak b’għajnejja magħluqa biex nemmen kull m’għedtli u nibni fuqu. Iva, Mulej, nemmen kull m’għedtli fuq il-Missier: li int u hu ħaġa waħda li kull mhu tiegħu hu tiegħek u tiegħek tiegħu li kull min jisma’ lilek jisma’ lilu. Nammira, Mulej, ir-rispett li kellek lejh il-mod kif spjegajt ħidmietek lil ommok il-mod kif fl-aħħar ħallejt ruħek f’idejh. Nirringrazzjak li sirt għalina t-Triq li twassalna għandu. Nistqarr, Mjulej, li inti Kristu l-Iben t’Alla l-ħaj l-Iben il-maħbub tal-Missier l-għaxqa ta’ qalbu. U minkejja dan kollu, Missierek u Missierna, għall-imħabba tagħna l-bnedmin lanqas lilek ma ħafirha imma tak għalina. Nirringrazzjak, Mulej, li ma …Aktar