00:39
ros-ann
255
Lk 9:51-56 -- Samaritan Opposition - B’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. TUESDAY GOSPEL OF WEEK 26 IN ORDINARY TIME Evanġelju B’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. Lq 9, 51-56 Qari mill …Aktar
Lk 9:51-56 -- Samaritan Opposition - B’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm.

TUESDAY GOSPEL OF WEEK 26 IN ORDINARY TIME

Evanġelju
B’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm.
Lq 9, 51-56

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

[Lq:9:51] Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, Ġesù b'rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm.

[Lq:9:52] U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f'raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod. [Lq:9:53] Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm.

[Lq:9:54] Meta raw dan, id-dixxipli Ġakbu u Ġwanni qalulu: "Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?" [Lq:9:55] Iżda hu dar fuqhom u ċanfarhom. [Lq:9:56] U marru f'raħal ieħor.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu