03:16
ros-ann
658
Fatima 1916 -- 1st Apparition of the Angel of Peace - L-Ewwel dehra tal-Anġlu tal-Paċi. L-Ewwel Dehra ta' l-Anġlu tal-Paċi --- Luċija tirrakonta li waqt li hija flimkien ma',Franġisku u Ġaċinta kienu …Aktar
Fatima 1916 -- 1st Apparition of the Angel of Peace - L-Ewwel dehra tal-Anġlu tal-Paċi.

L-Ewwel Dehra ta' l-Anġlu tal-Paċi ---

Luċija tirrakonta li waqt li hija flimkien ma',Franġisku u Ġaċinta kienu qegħdin jilgħabu, dehrilhom żagħżugħ ta' xi erbatax il-sena, li kien abjad iktar mis-silġ, u trasparenti bħall-kristall meta tiddi x-xemx minn ġo fih, u sabiħ ħafna. Meta wasal ħdejhom qalilhom "La tibżgħux: Jiena l-Anġlu tal-Paċi. Itolbu miegħi.
Waqt li niżel għarkuptejh, tbaxxa sakemm ġbinu mess l-art, u ġagħlhom jtennu għall-tlett darbiet il-kliem: -

"O ALLA TIEGĦI, JIENA NEMMEN FIK, JIEN NADURAK, JIEN NITTAMA' FIK, JIEN INĦOBBOK. NITOLBOK MAĦFRA GĦAL DAWK KOLLHA LI MA JEMMNUX FIK, LI MA JADURAWKX, LI MA JITTAMAWX FIK U LI MA JĦOBBUKX"

Dawn il-kliem baqgħu stampati f'moħħhom tant li ma setgħux jinsewhom. Minn dak in-nhar il-quddiem kienu jgħaddu ħinijiet twal, baxxuti bħalma għamel l-Anġlu, jtennu kliemu, sakemm xi kultant kienu jaqgħu ma' l-art, mifnijin.

.