lawgen123
2.3K
03:47
Tħobbu wisq. Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq …Aktar
Tħobbu wisq.
Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Int tħobbu wisq il-bniedem, Mulej! Jaħrab minnek u tiġri warajh joffendik u titħassru jinjorak u tibgħatlu iżjed messaġġi. Tikkastigah u taħfirlu teżiljah u tilliberah tikkonfondih u ssabbru. L-aħħar kelma hi dejjem favurih. Tassew int Alla għani fil-ħniena. Int tant ħabbejtha lid-dinja, li tajtha lil ħadd inqas minn Ibnek il-Waħdieni. U bgħattu biex bih hija ssalva. Xi bluha dik tal-bniedem, Mulej, li jħobb id-dlam aktar mid-dawl! Kif ma jitgħallem qatt mit-tiġrif tat-Tempju mill-waqgħa tas-swar mill-ħruq tal-palazzi? Kif ma jixgħofx mill-qerda ta’ kull m’hu prezzjuż mit-tkaxkir fl-eżilju? Għaliex bil-fors irid jitbiegħed minnek biex jersaq lejk? Għaliex irid iduq l-imrar tal-konfużjoni biex jibda jixxennaq għal żernieq ġdid …Aktar