01:05
ros-ann
594
23rd Dec -- Lk 1:57-66 -- The Birth of John the Baptist - It-twelid ta' Ġwanni l-Battista. Evanġelju It-twelid ta’ Ġwanni l-Battista. Lq 1, 57-66 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien, […Aktar
23rd Dec -- Lk 1:57-66 -- The Birth of John the Baptist - It-twelid ta' Ġwanni l-Battista.

Evanġelju
It-twelid ta’ Ġwanni l-Battista.
Lq 1, 57-66

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien, [Lq:1:57] Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. [Lq:1:58] Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. [Lq:1:59] Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, [Lq:1:60] imma qabżet ommu u qalet: "Le, iżda Ġwanni jkun jismu." [Lq:1:61] Qalulha: "Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!" [Lq:1:62] Mbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x'ried isemmih, [Lq:1:63] u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: "Ismu huwa Ġwanni." U kulħadd baqa' mistagħġeb. [Lq:1:64] Dak il-ħin stess Żakkarija nfetaħlu fommu, lsienu nħall, u beda jitkellem u jfaħħar lil Alla. [Lq:1:65] U l-ġirien tagħhom ilkoll qabadhom il-biża', u bdew ixandru dawn il-ġrajjiet kollha ma' l-għoljiet kollha tal-Lhudija, [Lq:1:66] u kull min kien jismagħhom kien iżommhom f'qalbu u jgħid: "Mela x'għad ikun dan it-tifel?" U tassew, id il-Mulej kienet miegħu.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.