04:42
lawgen123
567
LI TIFTAĦLI GĦAJNEJJA. Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet …Aktar
LI TIFTAĦLI GĦAJNEJJA.

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Iftaħhomli sew, Mulej. Iftaħhomli beraħ. Mhux kif riedhom jinfetħu l-bniedm tal-bidu biex kull ma skopra kien l-għera tiegħu. Mhux kif irid jiftaħhom il-bniedem ta’ llum billi biex jarmi l-iskrupli l-antikalji l-injoranza jispiċċa biex jagħlaq għajnejh widnejh qalbu għalik u għal kull ma jmiss miegħek. Anzi billi tgħinni niskopri lilek lilek sħiħ lilek sabiħ kif int. Le, Mulej, m’għandi ebda nostalġija għall-passat li għadda żmienu għal ideat li misshom qatt ma mxew għal reliġjożita’ li tfixkel il-fidi izjed milli timmaturaha. Ma nixtieqx nikkonserva għanqbut imbarazz. Imma għajnejn miftuħa minnek, Mulej, jagħrfu jiġġudikaw jiżnu jagħrblu: jarmu ż-żejjed li spiċċa żmienu iżommu l-veru ta’ kull żmien. Jagħrfu jilmħu lilek f’kull m’hu sabiħ u tajjeb fl-iċken preżenza anki debboli tiegħek f’kull m’hu veru u ġust. Mulej, jekk illum tistaqsini x’irridek tagħmilli inwieġbek bla tlaqliq: li tiftaħli għajnejja mill-qerq ta’ progress falz ta’ għerf supperv ta’ viżjoni li twarrab lilek. Inkella x’niftaħhom jagħmlu? Jekk niskopri lilek, Mulej, għajnejja jinfetħuli moħħi jiċċara qalbi tagħraf tħobb kif imiss.