lawgen123
173
04:22
Li tħallini ngħidlek x’naħseb fuqek. Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja …Aktar
Li tħallini ngħidlek x’naħseb fuqek.
Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Int taf, Mulej, li minix xi teologu jew xi studjuż kbir. sfortunatament lanqas wisq qaddis. Inħossni qrib ħafna ta’ ħabibek imqareb li filli jfaħħrek u jgħollik mas-smewwiet u filli jagħmel xi waħda tinkiteb. Filli jaqla’ t-tifħir tiegħek, Mulej, Filli jdabbar xi ċanfira iebsa ħafna. Imma malli staqsejt l-opinjoni ta’ ħbiebek kien pront qallek tiegħu bl-iktar sinċerita’. Mulej, anki jekk qaddis minix, lili tinteressani ħafna timpressjonani taffaxxinani. Jiskantawni fik il-preferenza għall-metodi żgħar u sempliċi l-imħabba insistenti għall-bniedem dgħajjef il-perseveranza fil-formazzjoni ta’ ħbiebek. L-għerf tiegħek, Mulej, deher bla dubju f’risposti li tajt għal domandi esiġenti …Aktar