03:19
lawgen123
208
Li nħossni mibgħut minnek. Tlugħ is-Sema. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet …Aktar
Li nħossni mibgħut minnek.

Tlugħ is-Sema. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Kont għedtilna, Mulej, li ma ridtx tħallina ltiema. Ma ridtx li t-tlugħ tiegħek fis-sema jagħtina sens ta’ frustrazzjoni ta’ iżolament ta’ solitudni. Għalhekk ħallejtilna l-Ispirtu tiegħek fina. Imma anki l-Ispirtu, Mulej, inħossuh iva, narawh le. Allura, biex tibqa’ fostna b’mod li tidher ħallejt lilna stess, mimlijin l-Ispirtu, biex inkunu wens messaġġ vanġelu għal xulxin. Inti bgħattna b’missjoni bħala appostli tas-sewwa bħala ambaxxaturi tiegħek u ta’ mħabbtek. Ma ridtniex inkunu tad-dinja, Mulej, imma lanqas ridt tneħħina minnha. Ridtna fiha biex inħobbuha f’ismek nikkonvertuha lejk inwassluha lilek. Mulej, kemm nixtieq ngħix b’fedelta’ dil-missjoni tiegħi! Fedelta’ lejk, il-Mibgħut tal-Missier lejk, il-Feddej tal-bniedem sħiħ lejk li tajt ħajtek għad-dinja. Fedelta’ lejn id-dinja kollha lejn kull sitwazzjoni lejn kull persuna. Ma jistħoqqlix, Mulej, li tibgħatni f’ismek. Imma la għażiltni, irrid noħroġ ta’ raġel. Mulej, jekk illum tistaqsini x’ irridek tagħmilli inwieġbek bla tlaqliq: li nħossni mibgħut minnek li napprezza l-fiduċja tiegħek li ma niddiżappuntakx. Id-dinja teħtieġhom, Mulej, il-mibgħuta tiegħek anki jekk tiddisprezzahom anki jekk tirridikolahom anki jekk topponihom. Il-qaddej , Mulej, mhux aqwa minn sidu.