01:08
ros-ann
531
Mk 10:46-52 -- Blind Bartimaeus Receives His Sight - Ġesù jfejjaq lil Bartimew l-agħma. - THURSDAY GOSPEL OF WEEK 8 IN ORDINARY TIME - IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 30 IN ORDINARY TIME Evanġelju …Aktar
Mk 10:46-52 -- Blind Bartimaeus Receives His Sight - Ġesù jfejjaq lil Bartimew l-agħma.

- THURSDAY GOSPEL OF WEEK 8 IN ORDINARY TIME
- IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 30 IN ORDINARY TIME

Evanġelju
Li nerġa' nara, Rabbuni !
Mk 10, 46-52

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F'dak iż-żmien, waqt li Ġesù [Mk:10:46] kien ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma' kotra kbira ta' nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb tat-triq. [Mk:10:47] Dan, meta sama' li kien Ġesù ta' Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: "Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni !"

[Mk:10:48] Kien hemm ħafna li bdew jgħajjtu miegħu biex jiskot imma hu aktar beda jgħajjat: "Bin David, ikollok ħniena minni!"

[Mk:10:49] Ġesù waqaf u qal: "Sejjħulu." Huma sejjħu l-agħma u qalulu: "Agħmel il-qalb! Qum, qiegħed isejjaħlek." [Mk:10:50] Dak tajjar il-mantar minn fuqu, qabeż fuq riġlejh u mar ħdejn Ġesù. [Mk:10:51] U Ġesù kellmu u qallu: "Xi tridni nagħmillek?" "Li nerġa' nara, Rabbuni," wieġbu l-agħma. [Mk:10:52] "Mur," qallu Ġesù, "il-fidi tiegħek fejjqitek." U minnufih raġa' beda jara, u baqa' miexi warajh fit-triq.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.

.