04:10
lawgen123
661
Li nagħraf insellem lil kulħadd. Is-Seba’ Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin …Aktar
Li nagħraf insellem lil kulħadd.

Is-Seba’ Ħadd ta' matul is-Sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Normalment ma nbatix biex insellem, Mulej. Ġieli nkun aljenat moħħi band’oħra xi ftit inkwetat u ma ninnota ‘l ħadd, tassew. Issib min jieħu għalih ukoll, xorta waħda. Imma inti taf, Mulej, li ma jkollix ħtija. Kif taf li ġieli ma nsellimx b’inqas sinċerita’. Ċerti nies, Mulej, nippreferixxi naħrabhom nevita ħarsithom niskarta kliemhom. Allura aħjar nibdel it-triq inżomm bogħod minnhom niffranka d-dwejjaq. Mulej, kemm jien ħafif biex naqta’ għad-dritt fejn ninbarax jien fejn ninqaras jien fejn jintmiss l-egoiżmu tiegħi! Kif ma narax il-limitazzjonijiet tiegħi? Kif ma nirrealizzax kemm nies jaċċettawni kif jien? Kif ma napprezzax kemm tissaportini int, Mulej? Mulej, allaħares int timxi bis-simpatija u bl-antipatija. Allaħares iġġib ruħek magħna skond imġibitna miegħek. Kieku lili ma tkellimni qatt ma tissaportini qatt ma ssellimli qatt. Għall-kuntrarju, tgħinni ninbiedel billi tibqa’ tħobbni tibqa’ tikkomunika miegħi tibqa’ temmen fil-ftit tajjeb li għandi. Veru paċenzjuż, Mulej. Mulej, jekk illum tistaqsini x’irridek tagħmilli inwieġbek bla tlaqliq: li nagħraf insellem lil kulħadd. Perfett diffiċli nkun, Mulej. Imma nixtieq nogħla fuq il-livell ta’ sempliċi pagan. Għallimni nirraġuna bħalek: ma ngħaġġibhomx ma nkabbarhomx ma ntawwalhomx. Tħallinix inbiegħ tant bl-għoli t-tislim tiegħi.