03:53
lawgen123
2.3K
Qlub miksura. Il-Ħames’ Ħadd ta' matul is-sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet …Aktar
Qlub miksura.

Il-Ħames’ Ħadd ta' matul is-sena. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Mulej, normalment int tħalli n-natura tieħu l-kors tagħha. Mhux veru li l-mard tibagħtu int. Qatt ma daħħaltu fl-ewwel pjan tiegħek għall-ħolqien, fejn rajt li kollox kien sewwa. Tul ħajtek fl-art għaddejt tagħmel il-ġid u tfejjaq. Saħansitra qajjimt lil xi wħud mill-mewt. Għax int, Mulej, ikbar mill-mard u mill-mewt ikbar mill-bniedem li daħħalhom. Jien ukoll, Mulej, nixtieq nippreżentalek il-morda tagħna kollha: qraba ħbieb parruċċani fid-djar fl-isptarijiet fit-toroq tagħna. Ħu ħsiebhom, Mulej. Fejjaqhom jew farraġhom. Serraħhom u sabbarhom. L-għażla f’idejk – għall-ġieh tiegħek għall-ġid tagħhom. Fuq kollox, Mulej, Fejjaq lil dawk ta’ qalbhom maqsuma lil dawk li sofrew inġustizzji lil dawk li qed iġarrbu firdiet weġgħat ingratitudni. Aħna m’għandniex tama oħra ħlief il-grazzja tiegħek. Ħafna drabi Mulej, aħna l-bnedmin iktar ngħaffġu lil xulxin fit-toqol tagħna. Rari nsiru dgħajfa mad-dgħajfin. Iktar nitħassru milli nservu. Iktar inpaċpċu milli nsolvu. Int terfa’ l-imsejknin tiġma’ l-imxerrdin tibni lill-imfarrkin. Ħu ħsiebna, Mulej, Fid-dgħjufijiet kollha tagħna.