03:00
lawgen123
2.3K
Morsa iebsa. L-Ewwel Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq …Aktar
Morsa iebsa.

L-Ewwel Ħadd tar-Randan. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Tgħid mhux se tmur tajjeb int, Mulej, bil-Patt li għamilt magħna! Miegħek dejjem aħna għandna x’niggwadanjaw x’niksbu x’naqilgħu. Int dejjem lest li tagħti: imħabba ħniena maħfra. U anki meta biex tiddrittalna triqatna tgħaddina mill-morsa ta’ xi esperjenza iebsa, kważi jiddispjaċik li qed tweġġagħna tagħfasna tħabbatna. Dan kollu, Mulej, biex tressaqna lejk tagħtina l-ħajja issaffilna l-kuxjenza. Għal dan kont lest li tħallas prezz: tiġġarrab mix-xitan tingħata l-mewt tiġi ttrattat inġustament. Basta aħna nindmu u nemmnu fl-Aħbar it-Tajba. Għinni, Mulej, ngħix daż-żmien qaddis li ġej f’riflessjoni matura dwar il-ġenerożità tiegħek it-telqa tiegħi il-ħtieġa ta’ bidla radikali. Għinni nifhem l-għana tas-sejħa tiegħi il-paċenzja li biha fdejtni ix-xejn li fih tbaxxejt għalija. Kif nista’ ma nikkonvertix lejk, Mulej, ma nilgħabx fuqek il-karti kollha tiegħi meta int l-unika arka tas-salvazzjoni tiegħi l-uniku ilma li tnaddafni tassew? Għinni ninbidel tassew, Mulej. Għinni nagħmel il-parti żgħira tieghi fil-Patt ta’ bejnietna. Jiena nemmen: imma kabbarli l-fidi u għinni naqsamha ma’ l-oħrajn.