01:52
ros-ann
97
Mk 3:20-35 -- A kingdom divided against itself cannot stand - Ix-xitan wasal fit-tmiem. IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 10 IN ORDINARY TIME Evanġelju Ix-xitan wasal fit-tmiem. Mk 3, 20-35 Qari mill-…Aktar
Mk 3:20-35 -- A kingdom divided against itself cannot stand - Ix-xitan wasal fit-tmiem.

IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 10 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Ix-xitan wasal fit-tmiem.
Mk 3, 20-35

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien, Ġesù, flimkien mad-dixxipli tiegħu, [Mk:3:20] mar id-dar, u l-kotra reġgħet inġemgħet, hekk li anqas biss setgħu jieklu. [Mk:3:21] Qrabatu, malli semgħu, ħarġu biex iżommuh, għax qalu li tilef moħħu. [Mk:3:22] Il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew jgħidu: "Dan għandu fih lil Begħelżebul," u wkoll, "Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom ix-xjaten."

[Mk:3:23] Hu sejjħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli: "Kif jista' x-Xitan ikeċċi x-Xitan? [Mk:3:24] Jekk saltna tinqasam fiha nfisha, dik is-saltna ma tistax iżżomm wieqfa. [Mk:3:25] U jekk familja tinqasam fiha nfisha, dik il-familja ma tistax iżżomm wieqfa. [Mk:3:26] Li kieku mela x-Xitan qam kontra tiegħu nnifsu u nfired, ma kienx jista' jżomm sħiħ, imma jkun wasal fit-tmiem. [Mk:3:27] Ħadd ma jista' jidħol fid-dar ta' wieħed qawwi u jaħtaflu ġidu jekk qabel ma jkunx rabat lil dak il-qawwi; mbagħad id-dar jaħtafhielu żgur.

[Mk:3:28] Tassew ngħidilkom, kollox jinħafrilhom lil ulied il-bniedem, id-dnubiet u d-dagħa kollu li jidgħu. [Mk:3:29] Imma min jieqaf lill-Ispirtu s-Santu ma jkollu qatt maħfra; jibqa' ħati għal dejjem." [Mk:3:30] Għax kienu qalu: "Għandu fih spirtu ħażin."

[Mk:3:31] Darba ġew ommu u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejjħulu. [Mk:3:32] Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru."Ara", qalulu,"ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk." [Mk:3:33] U hu weġibhom: "Min huma ommi u ħuti?" [Mk:3:34] Mbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm madwaru bilqiegħda, u qal: "Dawn, ara, huma ommi u ħuti. [Mk:3:35] Kull min jagħmel ir-rieda ta' Alla, dak huwa ħija, u oħti, u ommi."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.