ros-ann
ros-ann
54

Mk 10:17-21 -- Give everything you own to the poor, follow me - Mur, bigħ li għandek...imxi warajja

NOVEMBER 29 - All Saints of the Franciscan Order (I,II,III Ord.) Feast 29 ta’ Novembru - IL-QADDISIN KOLLHA TAL-ORDNI FRANĠISKAN. Festa Evanġelju Mur, bigħ li għandek u ejja u imxi warajja Mk …More
NOVEMBER 29 - All Saints of the Franciscan Order (I,II,III Ord.) Feast
29 ta’ Novembru - IL-QADDISIN KOLLHA TAL-ORDNI FRANĠISKAN. Festa
Evanġelju
Mur, bigħ li għandek u ejja u imxi warajja
Mk 10, 17-21
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien Ġesù [Mk:10:17] kien se jaqbad it-triq, meta mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu: "Mgħallem tajjeb, x'għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta' dejjem?" [Mk:10:18] "Għaliex qiegħed issejjaħli 'tajjeb'?" qallu Ġesù,"ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss. [Mk:10:19] Inti l-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta' ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u 'l ommok." [Mk:10:20] U dak wieġbu u qallu: "Mgħallem, jiena dan kollu ili nħarsu minn żgħożiti." [Mk:10:21] Mbagħad Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta' mħabba u qallu: "Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; mbagħad ejja u imxi warajja."
Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lile…More
01:02
ros-ann
58

ĦA NADURAW - Andrew Cauchi

ĦA NADURAW - Andrew Cauchi LET US ADOREMore
ĦA NADURAW - Andrew Cauchi
LET US ADORE
04:18
ros-ann
363

THE REAL PRESENCE

From - 3 Minute Theology youtube channel --- They are not symbols, nor are they just bread and wine. The Blessed Sacrament and Precious Blood are truly His body, blood, soul and divinity.More
From - 3 Minute Theology youtube channel ---
They are not symbols, nor are they just bread and wine. The Blessed Sacrament and Precious Blood are truly His body, blood, soul and divinity.
03:56
ros-ann
75

Paul Wilbur THE WATCHMAN - full album

1. Lord God Of Abraham 2. Adonai 3. O Shout For Joy 4. Medley: Baruch Adonai El Shaddai 5. Shout For Joy 6. Shema 7. Holy Holy Holy 8. Worthy (You Are Awesome) 9. A Resting Place 10. El Elyon 11. …More
1. Lord God Of Abraham
2. Adonai
3. O Shout For Joy
4. Medley: Baruch Adonai El Shaddai
5. Shout For Joy
6. Shema
7. Holy Holy Holy
8. Worthy (You Are Awesome) 9. A Resting Place 10. El Elyon 11. Watchman 12. The Day Of The Lord 13. Rejoice O Israel
01:24:26
ros-ann
26

7 ta' Ottubru -- IL-BATTALJA TA' LEPANTO U R-RUŻARJU

Ħajr lis-Sur Joseph Galea tal-video. Jien kemm editjajt u daħħalt il-mużika minn Music: www.bensound.com NEMMNU FIL-QAWWA TAT-TALBA TAR-RUŻARJU
06:45
ros-ann
19

Lk 17:5-10 -- Say, 'We are merely servants' - Kieku kellkom fidi.

IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 27 IN ORDINARY TIME Evanġelju Kieku kellkom fidi. Lq 17, 5-10 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien, [Lq:17:5] L-appostli qalu lill-Mulej: "Kattar …More
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 27 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Kieku kellkom fidi.
Lq 17, 5-10
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, [Lq:17:5] L-appostli qalu lill-Mulej: "Kattar fina l-fidi." [Lq:17:6] Weġibhom il-Mulej: "Kieku kellkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra tat-tut, 'Inqala' u mur tħawwel fil-baħar,' u hi kienet tisma' minnkom.
[Lq:17:7] "Wieħed minnkom ikollu qaddej qiegħed jaħrat jew jirgħa; meta jidħol mill-għalqa x'se jgħidlu? 'Ejja, isa, u oqgħod għall-ikel'? [Lq:17:8] jew, 'Lestili x'niekol, ilbes il-fardal u newwilli sa ma niekol u nixrob jien, u mbagħad tiekol u tixrob int?' [Lq:17:9] Jaqaw se jroddlu ħajr lill-qaddej talli jkun għamel li ordnalu? [Lq:17:10] Hekk ukoll intom, meta tagħmlu kull ma tkunu ordnati, għidu, 'Aħna qaddejja li ma niswew għal xejn; għamilna biss dak li kellna nagħmlu.' "
Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu .
00:49
ros-ann
50

Lk 16:1-13 -- The Parable of the Dishonest Manager - Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus

IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 25 IN ORDINARY TIME - ( short form Lk 16, 10-13 ) Evanġelju Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus. Lq 16, 1-13 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien, …More
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 25 IN ORDINARY TIME - ( short form Lk 16, 10-13 )
Evanġelju
Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus.
Lq 16, 1-13
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, Ġesù [Lq:16:1] qal lid-dixxipli tiegħu: "Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. [Lq:16:2] Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu, 'Dan x'inhu li qiegħed nisma' fuqek? Agħtini kont ta' l-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa' iżjed amministratur tiegħi.' [Lq:16:3] L-amministratur bejnu u bejn ruħu qal, 'Issa x'sejjer nagħmel, ladarba sidi se jneħħini mill-amministrazzjoni? Immur nagħżaq? Ma niflaħx. Nittallab? Nistħi. [Lq:16:4] Naf x'nagħmel, ħalli meta nitwarrab minn fuq din l-amministrazzjoni, nsib lil ħaddieħor li jilqagħni għandu.'
[Lq:16:5] U wieħed wieħed bagħat għal dawk li kellhom jagħtu lil sidu. 'Kemm għandek tagħtih lil sidi?' staqsa lill-ewwel wieħed. [Lq:16:6] 'Mitt barmil żejt,' wieġbu dak. 'Oħroġ il-karti …More
01:55
ros-ann
52

Adoration - Jubilate Deo omnis terra (+ simple guitar chords under video)

One of the hymns during Adoration in Medjugorje + simple guitar chords = --- medjugorjemalta.blogspot.com/…/adoration-jubil… ---
04:50
ros-ann
64

Jubilate Deo omnis terra (simple guitar chords)

For Adoration - Jubilate Deo omnis terra (simple guitar chords)
ros-ann
48

Lk 1:26-38 -- The Birth of Jesus Foretold - "Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben"

- MARCH 25 - Lq 1, 26-38 "Int se tnissel fi ħdanek u jkollok iben." - AUGUST 2 - PROPER GOSPEL on the Franciscan Feast of Our Lady of the Angels of the Portiuncula - DECEMBER 20 - Lq 1, 26-38 "Ara, …More
- MARCH 25 - Lq 1, 26-38 "Int se tnissel fi ħdanek u jkollok iben."
- AUGUST 2 - PROPER GOSPEL on the Franciscan Feast of Our Lady of the Angels of the Portiuncula
- DECEMBER 20 - Lq 1, 26-38 "Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben"
Evanġelju
Lq 1, 26-38
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
[Lq:1:26] Fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f'belt tal-Galilija. jisimha Nazaret, [Lq:1:27] għand xebba, mgħarrsa ma' raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta' David. Dix-xebba kien jisimha Marija. [Lq:1:28] L-anġlu daħal għandha u qalilha: "Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek." [Lq:1:29] Hi tħawwdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x'setgħet qatt tfisser din it-tislima. [Lq:1:30] Iżda l-anġlu qalilha: "Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla. [Lq:1:31] Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù. [Lq:1:32] Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta' David missieru [Lq:1:33] u jsaltan għal …More
01:35
ros-ann
46

Lk 11:1-13 -- "How to pray - Itolbu u jingħatalkom."

IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 17 IN ORDINARY TIME. Evanġelju Itolbu u jingħatalkom. Lq 11, 1-13 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa [Lq:11:1] Darba kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa …More
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 17 IN ORDINARY TIME.
Evanġelju
Itolbu u jingħatalkom.
Lq 11, 1-13
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
[Lq:11:1] Darba kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: "Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu." [Lq:11:2] U qalilhom: "Meta titolbu, għidu,
'Missier, jitqaddes ismek, tiġi Saltnatek.
[Lq:11:3] Ħobżna ta' kuljum agħtina kuljum. [Lq:11:4] U aħfrilna dnubietna, għax aħna wkoll naħfru lil kull min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib.' " [Lq:11:5] Qalilhom ukoll: "Wieħed minnkom ikollu ħabib li jiġih f'nofs ta' lejl u jgħidlu, 'Ħabib, islifni tliet ħobżiet, [Lq:11:6] għax ġie għandi wieħed ħabib tiegħi mill-vjaġġ u ma għandix x'nagħtih.' [Lq:11:7] U l-ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu, 'Iddejjaqnix; issa l-bieb magħluq, u wliedi qegħdin fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik.' [Lq:11:8] Ngħidilkom jien, li jekk ma jqumx jagħtih għax ħabib tiegħu, iqum u …More
01:51
ros-ann
49

Yr C -- Corpus Christi -- Lk 9:11b-17 -- Il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù, Solennità

Evanġelju Kulħadd kiel u xaba’. Lq 9, 11b-17 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien, Ġesù [Lq:9:11b] qagħad ikellem il-folol fuq is-Saltna ta' Alla, u fejjaq lil dawk li kienu jeħtieġu l-…More
Evanġelju
Kulħadd kiel u xaba’.
Lq 9, 11b-17
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, Ġesù [Lq:9:11b] qagħad ikellem il-folol fuq is-Saltna ta' Alla, u fejjaq lil dawk li kienu jeħtieġu l-fejqan. [Lq:9:12] Il-jum kien wasal biex jintemm. Resqu lejh it-Tnax u qalulu: "Ibgħathom in-nies ħa jmorru fl-irħula u r-rziezet tal-qrib biex isibu fejn jistrieħu u jieklu xi ħaġa, għax hawnhekk qegħdin f'post imwarrab."
[Lq:9:13] Iżda hu qalilhom: "Agħtuhom intom x'jieklu." Qalulu: "Ma għandniex aktar minn ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, jekk għallinqas ma mmorrux aħna stess nixtru l-ikel għal dawn in-nies kollha!"
[Lq:9:14] Għax kien hemm madwar il-ħamest elef raġel. U qal lid-dixxipli tiegħu: "Qegħduhom bilqiegħda ħamsin ħamsin." [Lq:9:15] Hekk għamlu, u qiegħdu lil kulħadd bilqiegħda.
[Lq:9:16] Mbagħad ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa' għajnejh lejn is-sema, berikhom u qasamhom, u tahom lid-dixxipli biex inewwluhom lin-nies. [Lq:9:17] U kulħadd kiel u xaba' u l-bċejjeċ tal-ħobż …More
01:09
ros-ann
93

O SPIRTU S-SANTU --- Sorijiet Orsolini (Ursuline Sisters) - lyrics & simple guitar chords

O SPIRTU S-SANTU --- Sorijiet Orsolini (Ursuline Sisters) + simple guitar chords --- medjugorjemalta.blogspot.com/…/o-spirtu-s-sant… --- O Spirtu s-Santu, Għajn ta’ paċi u dawl O Spirtu s-Santu, …More
O SPIRTU S-SANTU --- Sorijiet Orsolini (Ursuline Sisters) + simple guitar chords --- medjugorjemalta.blogspot.com/…/o-spirtu-s-sant… ---
O Spirtu s-Santu, Għajn ta’ paċi u dawl
O Spirtu s-Santu, Għajn ta’ paċi u dawl X2
Jien bil-ġuħ, ejja u itmagħni.
Jien bil-għatx, ejja u sqini
Jien għamja, ejja u dawwalni.
Jien fqira, ejja biex tgħanini
Ejja konsolazzjoni tiegħi. Ejja, ejja O ferħ tiegħi Ejja paċi u għerf tiegħi. Ejja forza u dawl tiegħi Spirtu s-Santu, jien nerħi ruħi f’idejK Spirtu s-Santu spirani. Imħabba t’Alla kkunsmani. Mexxini Int fit-triq tas-sewwa. Mill-periklu ejj’eħlisni. Begħdni minn kull illużjoni. Minn kull ħażen Int eħlisni. Marija Ommi ħarisni. Flimkien ma’ Ġesù berikni, Spirtu s-Santu, jien nerħi ruħi f’idejk ! .
04:55
ros-ann
48

Lk 9:28b-36 -- Jesus is transfigured before them - Huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet.

IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 2 IN LENT - AUGUST 6 - alternative Gospel - The Transfiguration of The Lord - It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej Evanġelju Huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet. …More
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 2 IN LENT
- AUGUST 6 - alternative Gospel - The Transfiguration of The Lord - It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej
Evanġelju
Huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet.
Lq 9, 28b-36
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, [Lk:9:28b] Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u lil Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. [Lk:9:29] U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex.
[Lk:9:30] U kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu, Mosè u Elija, [Lk:9:31] li dehru fil-glorja, jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li kellu jseħħ f’Ġerusalemm. [Lk:9:32] Pietru u sħabu kienu mejtin bin-ngħas, imma baqgħu mqajmin sewwa, u raw il-glorja tiegħu u ż-żewġt irġiel li kienu miegħu. [Lk:9:33] Xħin dawn it-tnejn kienu se jinfirdu minnu, Pietru qal lil Ġesù: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija”. Ma kienx jaf x’inhu jgħid. [Lk:9:34] Waqt li …More
01:48
ros-ann
46

Lk 6:39-45 -- Can the blind lead the blind? - Mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm.

IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 8 IN ORDINARY TIME Evanġelju Mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm. Lq 6, 39-45 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli …More
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 8 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm.
Lq 6, 39-45
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli din il-parabbola: Lq:6:39] "Jista' agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Lq:6:40] Id-dixxiplu m'huwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu. [Lq:6:41] Għax tara t-tibna f'għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f'għajnek int? [Lq:6:42] Kif tista' tgħidlu lil ħuk, 'Ħi, ejja nneħħilek it-tibna li għandek f'għajnek', meta m'intix tara t-travu li għandek f'għajnek int? Ja wiċċ b'ieħor, neħħi l-ewwel it-travu minn għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa kif tneħħi t-tibna minn għajn ħuk.
[Lq:6:43] "Ma hemmx siġra tajba li tagħmel frott ħażin, kif anqas ma hemm siġra ħażina li tagħmel frott tajjeb. [Lq:6:44] Kull siġra mill-frott tagħha tingħaraf. Ħadd ma jiġbor it-tin mix-xewk, anqas l-għeneb mill-ħolliq. [Lq:6:45] Il-…More
01:11
ros-ann
49

Mk 9:2-13 -- Jesus was transfigured in their presence - Tbiddel quddiemhom.

SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME EVANĠELJU Tbiddel quddiemhom. Mk 9, 2-13 Qari mill-Evanġelju skont San Mark F’dak iż-żmien, [Mk:9:2] Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil …More
SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME
EVANĠELJU
Tbiddel quddiemhom.
Mk 9, 2-13
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, [Mk:9:2] Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. [Mk:9:3] Lbiesu sar abjad u jgħammex b'dija ta' l-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista' jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. [Mk:9:4] U dehrilhom Elija ma' Mosè, jitkellmu ma' Ġesù. [Mk:9:5] Qabad Pietru u qal lil Ġesù: "Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija." [Mk:9:6] Dan qalu għax ma kienx jaf x'jaqbad jgħid bil-biża' kbir li waqa' fuqhom.
[Mk:9:7] Mbagħad ġiet sħaba u għattiethom, u minn ġos-sħaba nstama' leħen jgħid: "Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu." [Mk:9:8] Minnufih taw ħarsa madwarhom, u ma raw lil ħadd iżjed magħhom ħlief lil Ġesù waħdu.
[Mk:9:9] Huma u neżlin minn fuq il-muntanja, tahom ordni biex ma jitkellmu ma' ħadd fuq li …More
01:43
ros-ann
45

Mk 8:22-26 --- Jesus Heals a Blind Man at Bethsaida - Ġesù jfejjaq raġel agħma f'Betsajda

WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME --- The blind man was cured and could see everything distinctly --- EVANĠELJU L-agħma kien imfejjaq, hekk li sar jara kollox tajjeb mill-bogħod …More
WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME
--- The blind man was cured and could see everything distinctly ---
EVANĠELJU
L-agħma kien imfejjaq, hekk li sar jara kollox tajjeb mill-bogħod ukoll.
Mk 8, 22-26
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli [Mk:8:22] waslu Betsajda, u ħadulu quddiemu raġel agħma u talbuh imissu. [Mk:8:23] Qabad l-agħma minn idu u ħadu barra mir-raħal, beżaqlu f'għajnejh, qiegħed idejh fuqu u staqsieh: "Qiegħed tara xi ħaġa?" [Mk:8:24] Dak ħares 'il fuq u qal: "Qiegħed nara n-nies, imma qiegħed narahom donnhom siġar mexjin." [Mk:8:25] Mbagħad raġa' qegħedlu idejh fuq għajnejh, u beda jara ċar: u kien imfejjaq, hekk li sar jara kollox tajjeb mill-bogħod ukoll. [Mk:8:26] Bagħtu lura lejn daru, u qallu: "Qis li ma tgħid xejn meta tmur ir-raħal."
Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu .
00:59
ros-ann
46

Mk 8:14-21 -- The Yeast of the Pharisees and Herod - Il-ħmira tal-Fariżej u ta' Erodi

TUESDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME Evanġelju Attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi. Mk 8, 14-21 Qari mill-Evanġelju skont San Mark F’dak iż-żmien, id-dixxipli [Mk:8:14] …More
TUESDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi.
Mk 8, 14-21
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, id-dixxipli [Mk:8:14] nsew jieħdu l-ħobż, u ma kellhomx ħlief ħobża waħda magħhom fid-dgħajsa. [Mk:8:15] Ġesù wissiehom u qalilhom: "Iftħu għajnejkom, oqogħdu attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta' Erodi!" [Mk:8:16] Huma bdew jgħidu bejniethom: "Dan għax m'għandniex ħobż."
[Mk:8:17] Ġesù induna u qalilhom: "X'intom tgħidu bejnietkom li ma għandkomx ħobż. Għadkom ma ntbaħtux u ma fhimtux? X'ebusija ta' ras għandkom? [Mk:8:18] Għandkom għajnejn u ma tarawx? Għandkom widnejn u ma tisimgħux? Ma tiftakrux [Mk:8:19] meta qassamt il-ħames ħobżiet bejn il-ħamest elef ruħ, kemm-il qoffa ġbartu mimlija bil-bċejjeċ li kien fadal?" Qalulu: "Tnax." [Mk:8:20] "Meta qassamt is-seba' ħobżiet bejn l-erbat elef ruħ, kemm-il qoffa ġbartu bil-bċejjeċ li kien fadal?" Qalulu: "Sebgħa." [Mk:8:21] "U għadkom ma fhimtux?" …More
01:00
ros-ann
45

Lk 6:17.20-26 -- Happy are you who are poor, who are hungry, who weep - Henjin intom li għalissa ..…

IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME Evanġelju Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, ħażin għalikom, intom l-għonja. Lq 6, 17.20-26 Qari mill-Evanġelju skont San Luqa F’dak iż-żmien,…More
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, ħażin għalikom, intom l-għonja.
Lq 6, 17.20-26
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, Ġesù [Lq:6:17] niżel mat-Tnax u waqaf f’wita, flimkien ma’ kotra kbira ta’ dixxipli u folla kbira ta’ nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon.
[Lq:6:20] Ġesù rafa' għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal:
Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna t'Alla. [Lq:6:21] Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin. Henjin intom li għalissa tibku, għax għad tithennew. [Lq:6:22] Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajjrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina. [Lq:6:23] Dakinhar li jiġrilkom hekk, ifirħu u aqbżu bil-ferħ, għax araw, ħlaskom kbir ikun fis-sema. L-istess għamlu missirijiethom il-profeti. [Lq:6:24] Imma ħażin għalikom, intom l-għonja, għax il-faraġ tagħkom ħadt…More
01:24
ros-ann
36

Mk 8:11-13 -- "No sign shall be given to this generation - Għalfejn irid sinjal dan in-nisel?"

MONDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME Evanġelju Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? Mk 8, 11-13 Qari mill-Evanġelju skont San Mark F’dak iż-żmien, [Mk:8:11] ġew il-Fariżej u bdew iħaqquha ma’…More
MONDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Għalfejn irid sinjal dan in-nisel?
Mk 8, 11-13
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, [Mk:8:11] ġew il-Fariżej u bdew iħaqquha ma’ Ġesù; u, biex iġarrbuh, talbuh sinjal mis-sema. [Mk:8:12] Hu tniehed tnehida fih innifsu u qal: "Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? Tassew ngħidilkom, ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel." [Mk:8:13] U telaqhom, raġa' tala' fuq id-dgħajsa u mar ix-xatt l-ieħor.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu .
00:40