00:39
ros-ann
491
Lk 10:38-42 -- Martha works; Mary listens - Marta laqgħetu. Marija għażlet l-aħjar sehem. - TUESDAY GOSPEL OF WEEK 27 IN ORDINARY TIME -- - IN YEAR C, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 16 IN ORDINARY TIME -- - …Aktar
Lk 10:38-42 -- Martha works; Mary listens - Marta laqgħetu. Marija għażlet l-aħjar sehem.

- TUESDAY GOSPEL OF WEEK 27 IN ORDINARY TIME --
- IN YEAR C, SUNDAY GOSPEL OF WEEK 16 IN ORDINARY TIME --
- JULY 29 - ST MARTHA - alternative Gospel = John 11:19-27


Evanġelju
Marta laqgħetu. Marija għażlet l-aħjar sehem.
Lq 10: 38-42

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F’dak iż-żmien: [Lq:10:38] Ġesù daħal f'raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. [Lq:10:39] Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f'riġlejn il-Mulej tisimgħu x'kien qiegħed jgħid. [Lq:10:40] Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Mbagħad resqet u qaltlu: "Mulej, m'intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi!" [Lq:10:41] Qabeż il-Mulej u qalilha: "Marta Marta! Inti taħseb wisq u tinkwieta fuq ħafna ħwejjeġ; [Lq:10:42] imma waħda hi meħtieġa. U Marija għażlet l-aħjar sehem, li ma jitteħdilhiex."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu.

.