00:59
ros-ann
99
Mk 8:22-26 --- Jesus Heals a Blind Man at Bethsaida - Ġesù jfejjaq raġel agħma f'Betsajda. WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME --- The blind man was cured and could see everything distinctly --- …Aktar
Mk 8:22-26 --- Jesus Heals a Blind Man at Bethsaida - Ġesù jfejjaq raġel agħma f'Betsajda.

WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME
--- The blind man was cured and could see everything distinctly ---

EVANĠELJU
L-agħma kien imfejjaq, hekk li sar jara kollox tajjeb mill-bogħod ukoll.
Mk 8, 22-26

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli [Mk:8:22] waslu Betsajda, u ħadulu quddiemu raġel agħma u talbuh imissu. [Mk:8:23] Qabad l-agħma minn idu u ħadu barra mir-raħal, beżaqlu f'għajnejh, qiegħed idejh fuqu u staqsieh: "Qiegħed tara xi ħaġa?" [Mk:8:24] Dak ħares 'il fuq u qal: "Qiegħed nara n-nies, imma qiegħed narahom donnhom siġar mexjin." [Mk:8:25] Mbagħad raġa' qegħedlu idejh fuq għajnejh, u beda jara ċar: u kien imfejjaq, hekk li sar jara kollox tajjeb mill-bogħod ukoll. [Mk:8:26] Bagħtu lura lejn daru, u qallu: "Qis li ma tgħid xejn meta tmur ir-raħal."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.