01:22
ros-ann
492
Mk 10:35-45 - or from - Mk 10:42-45-- The Request of James and John - It-talba ta' Ġakbu u Ġwanni. IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 29 IN ORDINARY TIME Evanġelju Bin il-bniedem ġie biex jagħti ħajtu …Aktar
Mk 10:35-45 - or from - Mk 10:42-45-- The Request of James and John - It-talba ta' Ġakbu u Ġwanni.

IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 29 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Bin il-bniedem ġie biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra.
Mk 10, 35-45

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

F’dak iż-żmien, [Mk:10:35] Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu: "Mgħallem, dak li se nitolbuk irriduk tagħtihulna." [Mk:10:36] "Xi triduni nagħmlilkom?" staqsiehom. [Mk:10:37] U huma weġbuh: "Ħallina noqogħdu wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug fil-glorja tiegħek."

[Mk:10:38] Imma Ġesù qalilhom: "Ma tafux x'intom titolbu. Għandkom ħila tixorbu l-kalċi li se nixrob jien, u titgħammdu wkoll bil-magħmudija li biha se nitgħammed jien?" [Mk:10:39] "Ghandha," qalulu. Mbagħad qalilhom Ġesù: "Il-kalċi li se nixrob jien tixorbuh, iva, u titgħammdu wkoll bil-magħmudija li biha se nitgħammed jien; [Mk:10:40] imma li wieħed joqgħod fuq il-lemin jew fuq ix-xellug tiegħi, din m'hijiex ħaġa tiegħi li nagħtiha jien, imma hi għal dawk li għalihom kienet imħejjija."

[Mk:10:41] L-għaxra l-oħra, meta semgħu dan, saħnu għal Ġakbu u għal Ġwanni. [Mk:10:42] Imma Ġesù sejjħilhom u qalilhom: "Tafu intom, dawk in-nies, li l-bnedmin jgħodduhom bħala kapijiet tal-pagani, jaħkmu fuqhom, u l-kbarat tagħhom iħaddmu s-setgħa tagħhom fuqhom. [Mk:10:43] Fostkom ma għandux ikun hekk, imma min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom, [Mk:10:44] u min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu joqgħod ilsir ta' kulħadd. [Mk:10:45] Għax hekk ukoll Bin il-bniedem, hu ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b'fidwa għall-kotra."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.