01:42
ros-ann
502
Jn 1:19-28 -- John the Baptist Denies Being the Messiah - "Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli." --- 'One is coming after me who existed before me' --- THE GOSPEL ON JANUARY 2 EvanġeljuAktar
Jn 1:19-28 -- John the Baptist Denies Being the Messiah - "Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli."

--- 'One is coming after me who existed before me' ---
THE GOSPEL ON JANUARY 2
Evanġelju
Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli.
Ġw 1, 19-28

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

[Ġw:1:19] Ix-xhieda ta' Ġwanni kienet din: meta l-Lhud ta' Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh, "Int min int?", [Ġw:1:20] hu stqarr bla ma ċaħad: "Jien m'iniex il-Messija." [Ġw:1:21] Huma reġgħu staqsewh: "Mela min int? Elija?" "M'iniex," qalilhom. "Int il-Profeta?" "Le," weġibhom. [Ġw:1:22] Mbagħad qalulu: "Mela min int? Biex nagħtu tweġiba lil dawk li bagħtuna. Min tgħid li int?" [Ġw:1:23] U hu wieġeb kif qal il-profeta Isaija:
“Jiena leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert.
‘Wittu t-triq tal-Mulej.’ ”
Ġw:1:24] Issa dawk il-messaġġiera kienu min-naħa tal-Fariżej. [Ġw:1:25] Huma staqsewh: "Mela kif qiegħed tgħammed la m'intix il-Messija, u la Elija u lanqas il-Profeta?" [Ġw:1:26] "Jiena ngħammed bl-ilma," weġibhom Ġwanni, "imma f'nofskom hemm wieħed li intom ma tafuhx, [Ġw:1:27] u li ġej warajja; jiena anqas ma jistħoqqli nħoll il-qafla tal-qorq tiegħu." [Ġw:1:28] Dan ġara f'Betanja, in-naħa l-oħra tal-Ġordan, fejn Ġwanni kien jgħammed.

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.