04:18
lawgen123
202
Ma rridx inkun iblah. It-Tielet Ħadd tal-Avvent. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet …Aktar
Ma rridx inkun iblah.

It-Tielet Ħadd tal-Avvent. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Mulej, Ma rridx inkun bħall-iblaħ: taqlagħlu għajnejh u jifraħ. Irrid inkun ferħan Imma mhux baħnan. Ma nafx kemm teżisti riċetta Għall-paċi tal-qalb f’dinja tant imnikkta f’ħajja tant konfuża. Riċetta waħda biss għadni ma ppruvajtx, Mulej: dik li nistenna Lilek b’fedeltà il-ħin kollu f’kull ċirkustanza ma’ ħuti fidili tassew. Minkejja li jien tant qrib tiegħek, Mulej, jien wieħed minn dawk li għadni m’emmintx bis-serjetà li Int qiegħed f’nofsna. Għax din tagħmel id-differenza kollha: preżenza umli bla arroganza bla pressjoni. Imma reali għal min jesperimentaha. Preżenza li tnibbet il-ġustizzja li tagħti l-ħelsien lill-imjassrin li ddewwi l-qalb miksura. Kemm hu xxurtjat min jemmen fiha min jilqagħha min iħalliha taħdem fih. Hi preżenza li tqabbeż bil-ferħ lil min iħaddanha. Ferraħni, Mulej, b’dil-Preżenza tiegħek, u l-ispirtu tiegħi jifraħ fik, is-Salvatur tiegħi. Tħallinix inxekkel l-Ispirtu tiegħek fija; anżi għinni naqsmu ma’ ħuti: għax hu Spirtu li jfarraġ isabbar iqawwi. Veru, Mulej, ma rridx inkun iblah: ma rridx nipprova riċetti ħlief tiegħek ma rridx nintrabat ħlief miegħek ma rridx infittex l-hena bogħod minnek. - ħa nifraħ għal dejjem.