03:36
lawgen123
243
Mingħajru ma ngħaddux. It-Tieni Ħadd tal-Avvent. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet …Aktar
Mingħajru ma ngħaddux.

It-Tieni Ħadd tal-Avvent. Riflessjoni u talba minn Dun Pawl Camilleri. Din hi inizjattiva bejn il-Media Centre tal-Knisja u l-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel - Parrocca Iklin Malta. Ma rridx, Mulej nistennik għax bil-fors maqbud miċ-ċirkustanzi għax nibża’ minnek. Irrid nistennik b’ħerqa, b’entużjażmu b’interess kbir. Għax hekk jixraqlek. Għax hekk jaqbilli. X’ma nistennikx, Mulej? Int teħles mill-jasar lil Ġerusalemm lid-dinja konfuża lili mħawwad. Int tmexxi bil-mod lin-nagħaġ li jreddgħu lil min qed iġorr ir-responsabbilità lil min qed jaqdi dmiru. Int Mulej li ma tridx li xi ħadd jintilef li taqbad lil xi ħadd għal għarrieda li tirbaħ Int minn fuq dahar xi ħadd. Mulej, Int ma tbeżżaz lil min jibża’ minnek ma taħsadx lil min jistennik ma titbigħedx minn min jersaq lejk. Int Mulej uniku. Mgħallem ta’ qalb ħelwa. Sultan ġwejjed u umli. Ħadd ma jistħoqqlu mqar iħollok il-qorq: imma nżilt u ħsiltilna riġlejna u naddaftna bl-Ispirtu. X’ma nħaffifx, Mulej, biex niltaqa’ miegħek! Irrid ninża’ l-bruda l-indifferenza ix-xeħħa u nilbez il-gratitudni l-ammirazzjoni il-ġenerożità. Int biss, Mulej, tista’ tagħtina smewwiet ġodda art ġdida ġustizzja. Ejja, Mulej, mingħajrek ma ngħaddux.