00:54
ros-ann
432
Lk 1:39-47 - Mary Visits Elizabeth... --- Iż-żjara ta' Marija lil Eliżabetta... - OCTOBER 7 - OUR LADY OF THE ROSARY --- - DECEMBER 12 - OUR LADY OF GUADALUPE Evanġelju Lq 1, 39-47 Qari mill-Evanġelju …Aktar
Lk 1:39-47 - Mary Visits Elizabeth... --- Iż-żjara ta' Marija lil Eliżabetta...

- OCTOBER 7 - OUR LADY OF THE ROSARY ---
- DECEMBER 12 - OUR LADY OF GUADALUPE

Evanġelju
Lq 1, 39-47

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

[Lq:1:39] F'dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f'belt tal-Lhudija. [Lq:1:40] Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. [Lq:1:41] Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; [Lq:1:42] u nfexxet f'għajta kbira u qalet: "Mbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! [Lq:1:43] U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi? [Lq:1:44] Għax ara, malli smajt f'widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ. [Lq:1:45] Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej!"

[Lq:1:46] Mbagħad qalet Marija: Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,
[Lq:1:47] u l-ispirtu tiegħi jifraħ f'Alla s-Salvatur tiegħi.

Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Tifħir lilek Kristu.

.