Mk 10:13-16 -- The Little Children and Jesus - Ġesù jbierek it-tfal iż-żgħar.
SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 7 IN ORDINARY TIME
--- It is to such as these little children that the kingdom of God belongs ---
EVANĠELJU
Min is-Saltna ta’ Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha.
Mk 10, 13-16
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, [Mk:10:13] ġiebu quddiem Ġesù xi tfal ċkejknin biex iberikhom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajjtu magħhom. [Mk:10:14] Ġesù, meta ra hekk, inkorla u qalilhom: "Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta' min hu bħalhom hija s-Saltna ta' Alla. [Mk:10:15] Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta' Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha." [Mk:10:16] Mbagħad ħaddanhom miegħu u qiegħed idejh fuqhom u berikhom.
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.