01:49
ros-ann
74
Mt 5:1-12a -- Sermon on the Mount -The Beatitudes -- Henjin il-fqar fl-ispirtu. --- How happy are the poor in spirit --- - NOVEMBER 1 - SOLEMNITY OF ALL SAINTS - NOVEMBER 2 - one of the alternative …Aktar
Mt 5:1-12a -- Sermon on the Mount -The Beatitudes -- Henjin il-fqar fl-ispirtu.

--- How happy are the poor in spirit ---
- NOVEMBER 1 - SOLEMNITY OF ALL SAINTS
- NOVEMBER 2 - one of the alternative Gospels on ALL SOULS - The Commemoration of All the Faithful Departed
- IN YEAR A - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 4 IN ORDINARY TIME

Evanġelju
Henjin il-fqar fl-ispirtu.
Mt 5, 1-12a

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

F’dak iż-żmien, [Mt:5:1] Kif ra l-folol, Ġesù tala' fuq il- muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. [Mt:5:2] Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:

[Mt:5:3] "Henjin il-fqar fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
[Mt:5:4] Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa.
[Mt:5:5] Henjin ta' qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom l-art bħala wirt.
[Mt:5:6] Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħa.
[Mt:5:7] Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena.
[Mt:5:8] Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ’l Alla..
[Mt:5:9] Henjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejjħu wlied Alla.
[Mt:5:10] Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
[Mt:5:11] Henjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jgħidu kull deni fuqkom bil-gideb minħabba fija.
[Mt:5:12a] Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.