ros-ann
145
00:44
Lk 6:12-16 -- The Twelve Apostles - Għadda l-lejl fit-talb u għażel tnax, li semmiehom appostli. OCTOBER 28 - Feast of Saints Simon and Jude, Apostles -San Xmun u San Ġuda, Appostli. Festa --- (…Aktar
Lk 6:12-16 -- The Twelve Apostles - Għadda l-lejl fit-talb u għażel tnax, li semmiehom appostli.
OCTOBER 28 - Feast of Saints Simon and Jude, Apostles -San Xmun u San Ġuda, Appostli. Festa --- (Alternative Gospel, Lk 6:12-19 --- Lk 6:12-19 -- The Twelve Apostles - Għadda l-lejl fit-talb u għażel tnax, li semmiehom appostli. )
Evanġelju
Għadda l-lejl fit-talb u għażel tnax, li semmiehom appostli.
Lq 6, 12-16
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
[Lq:6:12] Mela darba fost l-oħrajn Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. [Lq:6:13] Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: [Lq:6:14] Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, [Lq:6:15] Mattew, Tumas, Ġakbu ta' Alfew, Xmun l-Imħeġġeġ, [Lq:6:16] Ġuda ta' Ġakbu u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh.
Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu .