02:11
ros-ann
681
Lk 7:36-50 -- Jesus Anointed by a Sinful Woman - Dnubietha, li kienu ħafna, inħafrulha, għax ħabbet ħafna. --- Her many sins have been forgiven, or she would not have shown such great love --- -…Aktar
Lk 7:36-50 -- Jesus Anointed by a Sinful Woman - Dnubietha, li kienu ħafna, inħafrulha, għax ħabbet ħafna.

--- Her many sins have been forgiven, or she would not have shown such great love ---
-THURSDAY GOSPEL OF WEEK 24 IN ORDINARY TIME --
- IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 11 IN ORDINARY TIME - or Alternative Gospel Lk 7:36-8:3 --- Lk 7:36-8:3 -- Jesus anointed by a sinful woman - Dnubietha, li kienu ħafna, inħafrulha, għax ħabbet ħafna ---

Evanġelju
Dnubietha, li kienu ħafna, inħafrulha, għax ħabbet ħafna
Lq 7, 36-50

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

F'dak iż-żmien,[Lq:7:36] wieħed mill-Fariżej stieden lil Ġesù biex jiekol miegħu; Ġesù daħal għand il-Fariżew u qagħad għall-ikel. [Lq:7:37] Issa fil-belt kien hemm midinba magħrufa. Din saret taf li kien qiegħed għall-ikel fid-dar tal-Fariżew; ġiebet vażett ta' l-alabastru biż-żejt ifuħ; [Lq:7:38] u marret qagħdet warajh ħdejn riġlejh, tibki u xxarrablu riġlejh bi dmugħha u tixxuttahomlu b'xuxitha; mbagħad bisitlu riġlejh u dilkithomlu biż-żejt ifuħ.

[Lq:7:39] Kif ra hekk il-Fariżew li stiednu qal bejnu u bejn ruħu: "Dan, li kien profeta, kien ikun jaf min hi u x'mara hi din li qiegħda tmissu; kien ikun jaf, għax hi midinba!"
[Lq:7:40] Imma Ġesù qabad u qallu: "Xmun, għandi ħaġa xi ngħidlek.""Għid, mgħallem" qallu dak. [Lq:7:41] "Tnejn min-nies kellhom id-dejn ma' wieħed li jislef il-flus; wieħed kellu jagħtih ħames mitt dinar u l-ieħor ħamsin. [Lq:7:42] Minn fejn iħallsu dejnhom ma kellhomx, u hu ħafrilhom it-tnejn. Min minnhom se jħobbu l-iżjed?" [Lq:7:43] Wieġeb Xmun u qal: "Jidhirli jien li dak li ħafirlu l-iżjed." "Ħsibtha tajjeb" qallu Ġesù.

[Lq:7:44] Mbagħad dar lejn il-mara u qal lil Xmun: "Qiegħed taraha lil din il-mara? Dħalt għandek, u ilma għal riġlejja ma tajtnix, iżda hi riġlejja xarrbithomli bi dmugħha u xxuttathomli b'xuxitha. [Lq:7:45] Bewsa ma tajtnix, iżda hi minn xħin daħlet ma waqfitx tbusli riġlejja. [Lq:7:46] Rasi ma dlikthilix biż-żejt, imma hi dilkitli riġlejja b'żejt ifuħ. [Lq:7:47] Għalhekk ngħidlek li dnubietha, li kienu ħafna, nħafrulha, għax ħabbet ħafna; imma min jinħafirlu ftit, ftit iħobb."

[Lq:7:48] Mbagħad qal lilha: "Dnubietek maħfura." [Lq:7:49] Dawk li kienu fuq il-mejda miegħu bdew jgħidu fihom infushom: "Dan min hu biex jaħfer id-dnubiet ukoll?" [Lq:7:50] Iżda hu qal lill-mara: "Il-fidi tiegħek salvatek; mur bis-sliem."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

.