01:07
ros-ann
78
Mk 16:1-7 -- Jesus of Nazareth, the crucified, has risen - Ġesù ta' Nazaret, li kien mislub, qam mill-imwiet. IN YEAR B - SATURDAY EVENING EASTER VIGIL GOSPEL Evanġelju Ġesù ta' Nazaret, li kien mislub …Aktar
Mk 16:1-7 -- Jesus of Nazareth, the crucified, has risen - Ġesù ta' Nazaret, li kien mislub, qam mill-imwiet.

IN YEAR B - SATURDAY EVENING EASTER VIGIL GOSPEL
Evanġelju
Ġesù ta' Nazaret, li kien mislub, qam mill-imwiet.
Mk 16, 1-7

Qari mill-Evanġelju skont San Mark.

[Mk:16:1] Meta għadda s-Sibt, Marija ta' Magdala, Marija omm Ġakbu, u Salomi xtraw xi fwejjaħ biex imorru jidilkuh bihom. [Mk:16:2] U kmieni ħafna fl-ewwel jum tal-ġimgħa, kif telgħet ix-xemx marru ħdejn il-qabar.

[Mk:16:3] U bdew jgħidu lil xulxin: "Min se jgerbilna l-ġebla mid-daħla tal-qabar?" [Mk:16:4] Iżda meta ħarsu, raw li l-ġebla kienet imressqa fil-ġenb; kienet ġebla kbira ħafna. [Mk:16:5] Daħlu fil-qabar, u raw żagħżugħ bilqiegħda n-naħa tal-lemin, liebes libsa bajda; u nħasdu.

[Mk:16:6] Imma hu qalilhom: "Xejn la tinħasdu. Qegħdin tfittxu lil Ġesù ta' Nazaret li kien imsallab; qam mill-mewt, m'huwiex hawn. Araw il-post fejn kienu qegħduh. [Mk:16:7] Imma morru għidu lid-dixxipli tiegħu, u lil Pietru, li hu sejjer fil-Galilija qabilkom; tarawh hemmhekk, kif kien qalilkom."

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu

--- medjugorjemalta.blogspot.com/…/yr-holy-saturda… ---

.
.