03:06
ros-ann
55
Exodus 20:1-17 -- God's Law given through Moses - Il-Liġi ngħatat permezz ta’ Mosè. - IN YEAR B - SUNDAY, FIRST READING OF WK 3 OF LENT - FRIDAY, FIRST READING OF WK 16 IN ORDINARY TIME Qari I Il-liġi …Aktar
Exodus 20:1-17 -- God's Law given through Moses - Il-Liġi ngħatat permezz ta’ Mosè.

- IN YEAR B - SUNDAY, FIRST READING OF WK 3 OF LENT
- FRIDAY, FIRST READING OF WK 16 IN ORDINARY TIME
Qari I
Il-liġi ġiet mogħtija permezz ta’ Mosè.
Eżodu 20, 1-17

Qari mill-Ktieb tal-Eżodu

F’dak iż-żmien, [Eż:20:1] Alla kellimhom u qalilhom dan kollu:

[Eż:20:2] “Jiena hu l-Mulej, Alla tiegħek, li ħriġtek mill-art ta' l-Eġittu, minn dar il-jasar.
[Eż:20:3] “Ma jkollokx allat oħra għajri. [Eż:20:4] La tagħmilx għalik suriet minquxa u ebda xbieha ta' ebda ħaġa li hemm fl-għoli tas-sema, jew isfel fl-art, jew fil-baħar taħt l-art. [Eż:20:5] La tmilx quddiemhom: la tadurahomx għaliex jiena hu l-Mulej Alla tiegħek, Alla għajjur, li npatti l-ħażen tal-missirijiet fuq l-ulied sat-tielet u r-raba' ġenerazzjoni lil dawk li jobogħduni; [Eż:20:6] imma nagħder sa l-elf nisel lil min iħobbni u jżomm il-kmandamenti tiegħi.

[Eż:20:7] “La ssemmix l-isem tal-Mulej, Alla tiegħek, fix-xejn: għaliex lil min isemmi l-isem tiegħu fix-xejn, il-Mulej ma jħallihx bla kastig.

[Eż:20:8] “Ftakar f'jum is-Sibt u qaddsu. [Eż:20:9] Sitt ijiem taħdem u tagħmel kull ma għandek tagħmel; [Eż:20:10] imma s-seba' jum hu jum il-mistrieħ f'ġieħ il-Mulej, Alla tiegħek. Dan il-jum ma tagħmel ebda xogħol, int, ibnek, il-qaddej u l-qaddejja tiegħek, il-bhejjem tiegħek, u l-barrani li jkun ġewwa bwiebek. [Eż:20:11] Għax f'sitt ijiem il-Mulej għamel s-smewwiet u l-art; il-baħar u kull ma hemm fihom, u strieħ fis-seba' jum. Għalhekk il-Mulej bierek is-seba' jum u qaddsu.

[Eż:20:12] “Weġġaħ lil missierek u lil ommok, sabiex jitkattru jiemek fuq l-art li l-Mulej, Alla tiegħek, jagħtik.

[Eż:20:13] “La toqtolx.
[Eż:20:14] “La tagħmilx adulterju.
[Eż:20:15] ˝ “La tisraqx.
[Eż:20:16] “La tagħtix xhieda giddieba kontra għajrek.
[Eż:20:17] “La tixtieqx dar għajrek: la tixtieqx il-mara ta' għajrek, il-qaddej jew il-qaddejja tiegħu, l-għoġol jew il-ħmar tiegħu, u xejn minn kull ma għandu għajrek.”

Il-Kelma tal-Mulej
R/. Irroddu ħajr lil Alla

.