ros-ann
173
O SPIRTU S-SANTU --- Sorijiet Orsolini (Ursuline Sisters) - lyrics & simple guitar chords. O SPIRTU S-SANTU --- Sorijiet Orsolini (Ursuline Sisters) + simple guitar chords --- medjugorjemalta.blogspot.com …More
O SPIRTU S-SANTU --- Sorijiet Orsolini (Ursuline Sisters) - lyrics & simple guitar chords.
O SPIRTU S-SANTU --- Sorijiet Orsolini (Ursuline Sisters) + simple guitar chords --- medjugorjemalta.blogspot.com/…/o-spirtu-s-sant… ---
O Spirtu s-Santu, Għajn ta’ paċi u dawl
O Spirtu s-Santu, Għajn ta’ paċi u dawl X2
Jien bil-ġuħ, ejja u itmagħni.
Jien bil-għatx, ejja u sqini
Jien għamja, ejja u dawwalni.
Jien fqira, ejja biex tgħanini Ejja konsolazzjoni tiegħi. Ejja, ejja O ferħ tiegħi Ejja paċi u għerf tiegħi. Ejja forza u dawl tiegħi Spirtu s-Santu, jien nerħi ruħi f’idejK Spirtu s-Santu spirani. Imħabba t’Alla kkunsmani. Mexxini Int fit-triq tas-sewwa. Mill-periklu ejj’eħlisni. Begħdni minn kull illużjoni. Minn kull ħażen Int eħlisni. Marija Ommi ħarisni. Flimkien ma’ Ġesù berikni, Spirtu s-Santu, jien nerħi ruħi f’idejk ! .
04:55
ros-ann
92
Lk 9:28b-36 -- Jesus is transfigured before them - Huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet. IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 2 IN LENT - AUGUST 6 - alternative Gospel - The Transfiguration of The …More
Lk 9:28b-36 -- Jesus is transfigured before them - Huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet.
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 2 IN LENT
- AUGUST 6 - alternative Gospel - The Transfiguration of The Lord - It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej
Evanġelju
Huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet.
Lq 9, 28b-36
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, [Lk:9:28b] Ġesù ħa miegħu lil Pietru, lil Ġwanni u lil Ġakbu, u tala’ fuq il-muntanja biex jitlob. [Lk:9:29] U ġara li huwa u jitlob, id-dehra ta’ wiċċu tbiddlet u l-ilbiesi tiegħu saru ta’ bjuda li tgħammex. [Lk:9:30] U kien hemm żewġt irġiel jitħaddtu miegħu, Mosè u Elija, [Lk:9:31] li dehru fil-glorja, jitħaddtu fuq it-tmiem ta’ ħajtu li kellu jseħħ f’Ġerusalemm. [Lk:9:32] Pietru u sħabu kienu mejtin bin-ngħas, imma baqgħu mqajmin sewwa, u raw il-glorja tiegħu u ż-żewġt irġiel li kienu miegħu. [Lk:9:33] Xħin dawn it-tnejn kienu se jinfirdu minnu, Pietru qal lil Ġesù: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda …More
01:48
ros-ann
101
Lk 6:39-45 -- Can the blind lead the blind? - Mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm. IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 8 IN ORDINARY TIME Evanġelju Mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm. Lq …More
Lk 6:39-45 -- Can the blind lead the blind? - Mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm.
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 8 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm.
Lq 6, 39-45
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli din il-parabbola: Lq:6:39] "Jista' agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Lq:6:40] Id-dixxiplu m'huwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu. [Lq:6:41] Għax tara t-tibna f'għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f'għajnek int? [Lq:6:42] Kif tista' tgħidlu lil ħuk, 'Ħi, ejja nneħħilek it-tibna li għandek f'għajnek', meta m'intix tara t-travu li għandek f'għajnek int? Ja wiċċ b'ieħor, neħħi l-ewwel it-travu minn għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa kif tneħħi t-tibna minn għajn ħuk.
[Lq:6:43] "Ma hemmx siġra tajba li tagħmel frott ħażin, kif anqas ma hemm siġra ħażina li tagħmel frott tajjeb. [Lq:6:44] Kull siġra mill-frott tagħha …More
01:11
ros-ann
92
Mk 9:2-13 -- Jesus was transfigured in their presence - Tbiddel quddiemhom. SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME EVANĠELJU Tbiddel quddiemhom. Mk 9, 2-13 Qari mill-Evanġelju skont San Mark …More
Mk 9:2-13 -- Jesus was transfigured in their presence - Tbiddel quddiemhom.
SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME
EVANĠELJU
Tbiddel quddiemhom.
Mk 9, 2-13
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, [Mk:9:2] Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. [Mk:9:3] Lbiesu sar abjad u jgħammex b'dija ta' l-għaġeb: ebda ħassiel fid-dinja ma jista' jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. [Mk:9:4] U dehrilhom Elija ma' Mosè, jitkellmu ma' Ġesù. [Mk:9:5] Qabad Pietru u qal lil Ġesù: "Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija." [Mk:9:6] Dan qalu għax ma kienx jaf x'jaqbad jgħid bil-biża' kbir li waqa' fuqhom.
[Mk:9:7] Mbagħad ġiet sħaba u għattiethom, u minn ġos-sħaba nstama' leħen jgħid: "Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu." [Mk:9:8] Minnufih taw ħarsa madwarhom, u ma raw lil ħadd iżjed magħhom ħlief lil Ġesù waħdu. [Mk:9:9] Huma u neżlin minn fuq …More
01:43
ros-ann
99
Mk 8:22-26 --- Jesus Heals a Blind Man at Bethsaida - Ġesù jfejjaq raġel agħma f'Betsajda. WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME --- The blind man was cured and could see everything distinctly --- …More
Mk 8:22-26 --- Jesus Heals a Blind Man at Bethsaida - Ġesù jfejjaq raġel agħma f'Betsajda.
WEDNESDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME
--- The blind man was cured and could see everything distinctly ---
EVANĠELJU
L-agħma kien imfejjaq, hekk li sar jara kollox tajjeb mill-bogħod ukoll.
Mk 8, 22-26
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli [Mk:8:22] waslu Betsajda, u ħadulu quddiemu raġel agħma u talbuh imissu. [Mk:8:23] Qabad l-agħma minn idu u ħadu barra mir-raħal, beżaqlu f'għajnejh, qiegħed idejh fuqu u staqsieh: "Qiegħed tara xi ħaġa?" [Mk:8:24] Dak ħares 'il fuq u qal: "Qiegħed nara n-nies, imma qiegħed narahom donnhom siġar mexjin." [Mk:8:25] Mbagħad raġa' qegħedlu idejh fuq għajnejh, u beda jara ċar: u kien imfejjaq, hekk li sar jara kollox tajjeb mill-bogħod ukoll. [Mk:8:26] Bagħtu lura lejn daru, u qallu: "Qis li ma tgħid xejn meta tmur ir-raħal." Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu .
00:59
ros-ann
96
Mk 8:14-21 -- The Yeast of the Pharisees and Herod - Il-ħmira tal-Fariżej u ta' Erodi. TUESDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME Evanġelju Attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi. Mk 8…More
Mk 8:14-21 -- The Yeast of the Pharisees and Herod - Il-ħmira tal-Fariżej u ta' Erodi.
TUESDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi.
Mk 8, 14-21
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, id-dixxipli [Mk:8:14] nsew jieħdu l-ħobż, u ma kellhomx ħlief ħobża waħda magħhom fid-dgħajsa. [Mk:8:15] Ġesù wissiehom u qalilhom: "Iftħu għajnejkom, oqogħdu attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta' Erodi!" [Mk:8:16] Huma bdew jgħidu bejniethom: "Dan għax m'għandniex ħobż."
[Mk:8:17] Ġesù induna u qalilhom: "X'intom tgħidu bejnietkom li ma għandkomx ħobż. Għadkom ma ntbaħtux u ma fhimtux? X'ebusija ta' ras għandkom? [Mk:8:18] Għandkom għajnejn u ma tarawx? Għandkom widnejn u ma tisimgħux? Ma tiftakrux [Mk:8:19] meta qassamt il-ħames ħobżiet bejn il-ħamest elef ruħ, kemm-il qoffa ġbartu mimlija bil-bċejjeċ li kien fadal?" Qalulu: "Tnax." [Mk:8:20] "Meta qassamt is-seba' ħobżiet bejn l-erbat elef ruħ, kemm-il qoffa ġbartu bil-…More
01:00
ros-ann
96
Lk 6:17.20-26 -- Happy are you who are poor, who are hungry, who weep - Henjin intom li għalissa ... IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME Evanġelju Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, …More
Lk 6:17.20-26 -- Happy are you who are poor, who are hungry, who weep - Henjin intom li għalissa ...
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, ħażin għalikom, intom l-għonja.
Lq 6, 17.20-26
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F’dak iż-żmien, Ġesù [Lq:6:17] niżel mat-Tnax u waqaf f’wita, flimkien ma’ kotra kbira ta’ dixxipli u folla kbira ta’ nies minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u mix-xtajta ta’ Tir u Sidon.
[Lq:6:20] Ġesù rafa' għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal: Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna t'Alla. [Lq:6:21] Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin. Henjin intom li għalissa tibku, għax għad tithennew. [Lq:6:22] Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajjrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina. [Lq:6:23] Dakinhar li jiġrilkom hekk, ifirħu u aqbżu bil-ferħ, għax araw, ħlaskom kbir ikun fis-sema. L-istess għamlu …More
01:24
ros-ann
64
Mk 8:11-13 -- "No sign shall be given to this generation - Għalfejn irid sinjal dan in-nisel?" MONDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME Evanġelju Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? Mk 8, 11-13 Qari …More
Mk 8:11-13 -- "No sign shall be given to this generation - Għalfejn irid sinjal dan in-nisel?"
MONDAY GOSPEL OF WEEK 6 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Għalfejn irid sinjal dan in-nisel?
Mk 8, 11-13
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, [Mk:8:11] ġew il-Fariżej u bdew iħaqquha ma’ Ġesù; u, biex iġarrbuh, talbuh sinjal mis-sema. [Mk:8:12] Hu tniehed tnehida fih innifsu u qal: "Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? Tassew ngħidilkom, ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel." [Mk:8:13] U telaqhom, raġa' tala' fuq id-dgħajsa u mar ix-xatt l-ieħor.
Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu .
00:40
ros-ann
135
(2006) Fr. Elija Vella OFM Conv. "In Jesus' Name, I renounce to any evil spirit in me or against me" Fr. Elija Vella OFM Conv. Exorcist. "Renounce to the evil one, especially just after receiving HOLY …More
(2006) Fr. Elija Vella OFM Conv. "In Jesus' Name, I renounce to any evil spirit in me or against me"
Fr. Elija Vella OFM Conv. Exorcist.
"Renounce to the evil one, especially just after receiving HOLY COMMUNION, when you are FULL of JESUS
"In Jesus' Name, I renounce to any evil spirit in me or against me" "
FROM ORIGINAL: -- https://youtu.be/QkXlgugIuOA -- Oslobodenie od Zlého
FROM: (2006) - Exorcist Fr Elias (Elija) Vella OFM Conv. - Deliverance from the evil one --- https://youtu.be/L-l5Dys7Zq4 ---
08:00
ros-ann
63
Lk 4:21-30 -- Jesus Rejected at Nazareth - In-nies ta' Nazaret ma jilqgħux lil Ġesù. IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 4 IN ORDINARY TIME, Evanġelju Ġesù ma kienx mibgħut għal-Lhud biss. Lq 4, 21-30 …More
Lk 4:21-30 -- Jesus Rejected at Nazareth - In-nies ta' Nazaret ma jilqgħux lil Ġesù.
IN YEAR C - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 4 IN ORDINARY TIME,
Evanġelju
Ġesù ma kienx mibgħut għal-Lhud biss.
Lq 4, 21-30
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
F'dak iż-żmien Ġesù qal lin-nies fis-sinagoga: [Lq:4:21] "Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu." [Lq:4:22] U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: "Dan m'huwiex bin Ġużeppi?" [Lq:4:23] Iżda hu qalilhom: "Żgur li se tgħidu għalija dan il-proverbju, 'Tabib, fejjaq lilek innifsek : dak kollu li smajna li ġara f'Kafarnahum agħmlu hawn f'pajjiżek ukoll." [Lq:4:24] U żied jgħidilhom: "Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f'pajjiżu. [Lq:4:25] Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f'Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa' tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa' ġuħ kbir fil-pajjiż kollu; [Lq:4:26] madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn …More
01:37
ros-ann
92
Mk 12:41-44 -- This poor widow has put in more than all - L-armla fqira offriet iktar minn kulħadd. IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 32 IN ORDINARY TIME - Alternative Gospel to Mk 12, 38-44 Evanġelju …More
Mk 12:41-44 -- This poor widow has put in more than all - L-armla fqira offriet iktar minn kulħadd.
IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 32 IN ORDINARY TIME - Alternative Gospel to Mk 12, 38-44
Evanġelju
L-armla fqira offriet iktar minn kulħadd.
Mk 12, 41-44
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, Ġesù [Mk:12:41] kien qiegħed fit-tempju biswit it-teżor, iħares u jara xi flus jitfgħu n-nies fit-teżor. Bosta għonja bdew jitfgħu ħafna. [Mk:12:42] Resqet waħda armla fqira u tefgħet biċċtejn żgħar, jiġifieri xi żewġ ċenteżmi.
[Mk:12:43] Hu sejjaħ id-dixxipli tiegħu u qalilhom: "Tassew ngħidilkom, li din l-armla fqira tefgħet iktar minn dawk kollha li tefgħu fit-teżor. [Mk:12:44] Għax dawk kollha tefgħu miż-żejjed tagħhom, imma hi, fil-faqar tagħha, tefgħet kull ma kellha, dak kollu li kellha biex tgħix." Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu .
00:33
ros-ann
237
Tailorbird nesting story.... AWESOME GOD ! This video makes us conscious of how we can learn from nature - Two birds in union, male and female literally tailor a nest; build a family; keeping it …More
Tailorbird nesting story....
AWESOME GOD ! This video makes us conscious of how we can learn from nature - Two birds in union, male and female literally tailor a nest; build a family; keeping it scrupulously clean, while leaving in search for food and coming back with provision for their young !!! Then the parents let the adult birds leave the nest...
And we humans complicate our life getting lost in our rights without praying to God to help us to be conscious of our duties and responsibilities.
06:17
ros-ann
74
Mt 5:1-12a -- Sermon on the Mount -The Beatitudes -- Henjin il-fqar fl-ispirtu. --- How happy are the poor in spirit --- - NOVEMBER 1 - SOLEMNITY OF ALL SAINTS - NOVEMBER 2 - one of the alternative …More
Mt 5:1-12a -- Sermon on the Mount -The Beatitudes -- Henjin il-fqar fl-ispirtu.
--- How happy are the poor in spirit ---
- NOVEMBER 1 - SOLEMNITY OF ALL SAINTS
- NOVEMBER 2 - one of the alternative Gospels on ALL SOULS - The Commemoration of All the Faithful Departed
- IN YEAR A - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 4 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Henjin il-fqar fl-ispirtu.
Mt 5, 1-12a Qari mill-Evanġelju skont San Mattew F’dak iż-żmien, [Mt:5:1] Kif ra l-folol, Ġesù tala' fuq il- muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. [Mt:5:2] Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid: [Mt:5:3] "Henjin il-fqar fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. [Mt:5:4] Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. [Mt:5:5] Henjin ta' qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom l-art bħala wirt. [Mt:5:6] Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħa. [Mt:5:7] Henjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena. [Mt:5:8] Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ’l Alla.. …More
01:49
ros-ann
137
WHAT IS 'ALL HALLOWS' EVE' ? --- Fr. RAY TOLEDO - Kumment kattoliku dwar IL-HALLOWEEN - without English subtitles ... FOR ENGLISH SUBTITLES in the three videos --- from TRUE LIGHT CATHOLIC MEDIA --- …More
WHAT IS 'ALL HALLOWS' EVE' ? --- Fr. RAY TOLEDO - Kumment kattoliku dwar IL-HALLOWEEN - without English subtitles ...
FOR ENGLISH SUBTITLES in the three videos --- from TRUE LIGHT CATHOLIC MEDIA --- www.youtube.com/playlist --- KUMMENT KATTOLIKU 5
... ALSO ...
--- medjugorjemalta.blogspot.com/…/what-is-all-hal… ---
WHAT IS 'ALL HALLOWS' EVE' ? --- Fr. RAY TOLEDO - Kumment kattoliku dwar IL-HALLOWEEN
.
14:39
ros-ann
97
Mk 3:20-35 -- A kingdom divided against itself cannot stand - Ix-xitan wasal fit-tmiem. IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 10 IN ORDINARY TIME Evanġelju Ix-xitan wasal fit-tmiem. Mk 3, 20-35 Qari mill-…More
Mk 3:20-35 -- A kingdom divided against itself cannot stand - Ix-xitan wasal fit-tmiem.
IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 10 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Ix-xitan wasal fit-tmiem.
Mk 3, 20-35
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, Ġesù, flimkien mad-dixxipli tiegħu, [Mk:3:20] mar id-dar, u l-kotra reġgħet inġemgħet, hekk li anqas biss setgħu jieklu. [Mk:3:21] Qrabatu, malli semgħu, ħarġu biex iżommuh, għax qalu li tilef moħħu. [Mk:3:22] Il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew jgħidu: "Dan għandu fih lil Begħelżebul," u wkoll, "Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom ix-xjaten."
[Mk:3:23] Hu sejjħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli: "Kif jista' x-Xitan ikeċċi x-Xitan? [Mk:3:24] Jekk saltna tinqasam fiha nfisha, dik is-saltna ma tistax iżżomm wieqfa. [Mk:3:25] U jekk familja tinqasam fiha nfisha, dik il-familja ma tistax iżżomm wieqfa. [Mk:3:26] Li kieku mela x-Xitan qam kontra tiegħu nnifsu u nfired, ma kienx jista' jżomm sħiħ, imma jkun wasal fit …More
01:52
ros-ann
86
THE ABANDONED TABERNACLES --- How to live 'eucharistically' Pope Francis celebrated the feast of the Body and Blood of Christ in the Italian seaside town of Ostia June 3, 2018More
THE ABANDONED TABERNACLES --- How to live 'eucharistically'
Pope Francis celebrated the feast of the Body and Blood of Christ in the Italian seaside town of Ostia June 3, 2018
01:46
ros-ann
73
Mk 11:11-26 -- The fig tree; the cleansing of the Temple - Id-dar tiegħi tkun tissejjaħ dar ... FRIDAY GOSPEL OF WEEK 8 IN ORDINARY TIME Evanġelju Id-dar tiegħi tkun tissejjaħ dar it-talb għall-ġnus …More
Mk 11:11-26 -- The fig tree; the cleansing of the Temple - Id-dar tiegħi tkun tissejjaħ dar ...
FRIDAY GOSPEL OF WEEK 8 IN ORDINARY TIME
Evanġelju
Id-dar tiegħi tkun tissejjaħ dar it-talb għall-ġnus kollha. Emmnu f’Alla!
Mk 11, 11-26
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
[Mk:11:11] Wara d-daħla messjanika f’Ġerusalemm, Ġesù baqa’ sejjer fit-tempju, ta ħarsa madwaru, u mbagħad, billi kien ġa sar il-ħin, ħareġ biex imur Betanja mat-Tnax. [Mk:11:12] L-għada, kif ħarġu minn Betanja, ħadu l-ġuħ. [Mk:11:13] Mill-bogħod lemaħ siġra tat-tin kollha weraq, u mar jara jsibx xi ħaġa fiha. Imma, kif resaq ħdejha, ma sabilha xejn ħlief weraq, għax it-tin kien għadu m'huwiex żmienu. [Mk:11:14] U qalilha: "Qatt iżjed ma jkun hawn min jiekol frott minnek għal li ġej!" U d-dixxipli tiegħu semgħuh.
[Mk:11:15] U waslu Ġerusalemm. Kif daħal fit-tempju, qabad ikeċċi l-bejjiegħa u x-xerrejja li kien hemm fit-tempju, qaleb l-imwejjed tas-sarrafa tal-flus u s-siġġijiet ta' dawk li kienu jbigħu l-ħamiem, [Mk:11:16…More
02:28
ros-ann
95
Mk 10: 2-16 -- Divorce / Little Children and Jesus - Id divorzju / Ġesù jbierek it-tfal. IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 27 IN ORDINARY TIME (short form --- Mark 10:2-12 -- Divorce - Id-divorzju --- ) …More
Mk 10: 2-16 -- Divorce / Little Children and Jesus - Id divorzju / Ġesù jbierek it-tfal.
IN YEAR B - SUNDAY GOSPEL OF WEEK 27 IN ORDINARY TIME
(short form --- Mark 10:2-12 -- Divorce - Id-divorzju --- )
Evanġelju
Dak li għaqqad Alla, ma għandux jifirdu l-bniedem
Mk 10, 2-16
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F'dak iż-żmien, [Mk:10:2] Resqu xi Fariżej lejh, u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu. [Mk:10:3] Weġibhom u qal: "X'ordnalkom Mosè?" [Mk:10:4] Qalulu: "Mosè ta l-permess li wieħed jagħmel il-kitba tad-divorzju, u jibgħatha. "[Mk:10:5] Mbagħad weġibhom Ġesù: "Minħabba l-ebusija ta' qalbkom kitbilkom dan l-ordni. [Mk:10:6] Iżda sa mill-bidu tal-ħolqien Alla għamilhom raġel u mara. [Mk:10:7] Għalhekk mela raġel iħalli lil missieru u 'l ommu u jingħaqad ma' martu, [Mk:10:8] u t-tnejn isiru ġisem wieħed. Għalhekk m'humiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed. [Mk:10:9] Mela dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem. " [Mk:10:10] Xħin daħlu d-dar id-dixxipli reġgħu …More
01:42
ros-ann
81
Mk 10:13-16 -- The Little Children and Jesus - Ġesù jbierek it-tfal iż-żgħar. SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 7 IN ORDINARY TIME --- It is to such as these little children that the kingdom of God …More
Mk 10:13-16 -- The Little Children and Jesus - Ġesù jbierek it-tfal iż-żgħar.
SATURDAY MORNING GOSPEL OF WEEK 7 IN ORDINARY TIME
--- It is to such as these little children that the kingdom of God belongs ---
EVANĠELJU
Min is-Saltna ta’ Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha.
Mk 10, 13-16
Qari mill-Evanġelju skont San Mark
F’dak iż-żmien, [Mk:10:13] ġiebu quddiem Ġesù xi tfal ċkejknin biex iberikhom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajjtu magħhom. [Mk:10:14] Ġesù, meta ra hekk, inkorla u qalilhom: "Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta' min hu bħalhom hija s-Saltna ta' Alla. [Mk:10:15] Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta' Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha." [Mk:10:16] Mbagħad ħaddanhom miegħu u qiegħed idejh fuqhom u berikhom. Il-Kelma tal-Mulej R/. Tifħir lilek Kristu .
00:41
ros-ann
68
Jn 19:25-34 -- "Behold your son. Behold your mother - Hawn hu Ibnek, hemm hi ommok." MONDAY GOSPEL, following Pentecost Sunday MARY, MOTHER OF THE CHURCH Il-Festa ta’ Marija Omm il-Knisja Evanġelju …More
Jn 19:25-34 -- "Behold your son. Behold your mother - Hawn hu Ibnek, hemm hi ommok."
MONDAY GOSPEL, following Pentecost Sunday
MARY, MOTHER OF THE CHURCH
Il-Festa ta’ Marija Omm il-Knisja
Evanġelju
Hawn hu Ibnek, hemm hi ommok.
Ġw 19, 25-34
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann F’dak iż-żmien [Ġw:19:25] kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta' Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta' Kleofa, u Marija ta' Magdala. [Ġw:19:26] Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: "Mara, hawn hu ibnek." [Ġw:19:27] Mbagħad qal lid-dixxiplu: "Hawn hi ommok." U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu. [Ġw:19:28] Wara dan, Ġesù, billi issa kien jaf li kollox kien mitmum, biex isseħħ l-Iskrittura qal: "Għandi l-għatx!" [Ġw:19:29] Kien hemm bieqja mimlija bil-ħall; huma xarrbu sponża bil-ħall, waħħluha ma' qasba ta' l-issopu, u ressquhielu lejn ħalqu. [Ġw:19:30] Kif Ġesù ħa l-ħall, qal: "Kollox hu mitmum!" Mbagħad mejjel rasu u radd ruħu. [Ġw:19:31] Billi kien Jum it-Tħejjija ta …More
01:47